Sena B
Festa tal-Ħniena Divina
1. It-tberik tal-Familji:
- It-Tnejn: Triq Ċensu Bugeja.
- It-Tlieta: Triq Misraħ il-Barrieri.
- L-Erbgħa: Triq Santa Venera u Triq il-Kunzar.
- Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu: Triq id-Duluri (il-parti bejn triq Joe Sciberras u Triq Indri Cilia).
- Il-Ġimgħa filgħaxija: Triq Ġwann Mamo, Triq is-Snajja u Triq Roger Debattista.
2. Nhar it-Tnejn ikun hawn laqgħa mill-Kooperaturi tal-Museum fiċ-Ċentru ta’ l-irgiel fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden.
3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
4. Nhar is-Sibt se ssir l-Adorazzjoni tal-qdusija tal-Kleru fil-parroċċa tagħna. Fid-9 pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni sal-11.00 pm. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex nitolbu għas-saċerdoti tagħna.
5. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
6. Nhar it-Tlieta 17 ta’ April iċ-Ċentru ta’ l-anzjani se jorganizza ħarga bil-quddiesa għad-dar tal-Franġiskani Frate Jacobe f’Wied il-Għajn. Biljetti mingħand il-helpers.
7. Minn nhar it-Tlieta, il-Grupp ta’ Talb San Franġisk se jorganizza laqgħat ta’ formazzjoni fuq l-Eżortazzjoni Appostolika “Amoris Laetitia” – Il-Ferħ ta’ l-Imħabba. Dawn se jibdew ikunu kull nhar ta’ Tlieta fis-7 pm fiċ-Ċentru ta’ San Franġisk. Aktar tagħrif fin-noticeboard tal-parroċċa.
8. Wasal Kliem il-Hajja. Nitolbu lid-distributturi biex jiġbruhom mill-uffiċċju parrokkjali it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu.
9. Nitolbu għal ruħ Rita Tanti li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.