Avviżi – Il-Ħadd 12 ta’ Jannar 2025

Solennita’  tal-Magħmudija tal-Mulej

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am. Il-Kelliema se tkun is-sinjura Bernardette Briffa delegat tal-Caritas.

  2. Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika  wara il-quddiesa tas-6.30 filgħaxija.

  3. Nhar il-Ġimgħa ser isir ftira night fis-sala parrokkjali fis-7 pm .  Biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali.

  4. Bħas-sena l-oħra, se jerġa’ jsir kors fil-pittura bil-melħ. Ix-xogħlijiet imbagħad se jiġu esebiti fil-ġimgħa mqaddsa fis-sala Dun Manwel. Dawk li huma nteressati, jistgħu jiġbru formola mis-sagristija biex japplikaw.  Dawk li għamlu l-kors is-sena l-oħra kienu sodisfatti ħafna bix-xogħol u l-esibizzjoni li saret; Il-kors se jingħata minn Bro. Charles Azzopardi Kapuċċin li għandu esperjenza kbira f’dan il-qasam.

  5. Fis-6 ta’ April se jsir ukoll il-pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ li għandna fil-Knisja tagħna. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu seħem fil-pellegrinaġġ, jistgħu ukoll jieħdu formola mis-sagristija. Inħeġġiġkom biex din l-okkażjoni nagħmluha esperjenza sabiħa għalina lkoll billi, mhux biss napprezzaw imma wkoll nieħdu sehem fil-pellegrinaġġ.

  6. Inħeġġeġ lil ġenituri taż-żgħażagħ li se jagħmlu l-Griżma din is-sena fil-Parroċċa tagħna fid-9 ta’ Novembru li ġej, biex jiġu jirreġistraw lil uliedhom. Għar-reġistrazzjoni għandhom bzonn iġibu magħhom: ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna),  ċertifikat tat-twelid il-kbir u permess tal-Parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom. Possibilment jiġu z-zewġ ġenituri flimkien biex jiffirmaw il-formola.  Infakkar li jien inkun l-uffiċċju nhar ta’ Tnejn mid-9 am il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm il quddiem.

Tags: No tags

Comments are closed.