Avviżi – Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2024

Ir-Raba’ Ħadd ta’ l-Avvent 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar it-Tlieta huwa lejliet il-Milied. Fis-6.00 pm is-superjuri tal-MUSEUM jistiednu l-ġenituri biex jieħdu t-tfal tagħhom għall-purċissjoni bil-Bambin, li se tibda’ mill-Mużew tas-subien fi Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja tagħna fejn fis-7.15 pm,  imbagħad jittella’ programm żgħir ta’ kant u poeżiji.

  2.  Imbagħad fil-10.45 pm tibda’ l-Velja a u f’nofs il-lejl il-quddiesa tal-Milied. Għall-Velja se jkollna kant ta’ għanjiet tal-Milied mill-Kor tal-Parroċċa, u tfal tal-Mixja Neokatekumenali, u priedka tat-tifel. Wara l-quddiesa niltaqgħu biex inkomplu nagħtu l-awguri lil xulxin.

  3. Nhar l-Erbgħa Jum il-Milied il-quddies ikun bħal tal-Ħadd.

  4. Nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.00 am bil-priedka tat-tifel li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

  5. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

  6. Infakkar li l-ġbir ta’ nhar l-Ewwel tas-sena se jmur kollu għad-Dar tal-Providenza. Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom. Hija dar li verament jixraqilha l-Isem tagħha għaliex fiha tidher il-providenza, frott il-ġenerożita’ tal-Maltin.

  7. Infakkar ukoll li nhar l-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru, l-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna, flimkien mal-Grupp Armar, se jżuru lit-tfal li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei. Huma tfal li ma setgħux jgħaddu l-Milied fil-familja tagħhom. Inferrħuhom u nuruhom imħabba f’dan il-mument diffiċli għalihom u għall-familji taghhom. Se nżuru Rainbow ward, Fairyland, Disneyland u Wonderland. Bħalissa hemm 35 tifel u tifla bil-marda kiefra tal-kanċer. B’kollox irridu madwar 60 rigal. Min jixtieq iġib xi rigali għat-tfal, jista’ jagħmel dan sas-26 ta’ Diċembru. Grazzi lil dawk kollha li diġa’ għamlu l-għotja tagħhom.

  8. . Fl-1 ta’ Jannar huwa wkoll il-57 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa. Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.

  9. Nitolbu għal ruħ Anthony Zammit, Clifford Navarro, Christine Debattista, Carmel Scerri li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.