Avviżi – Il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2024

L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena

Solennita’ ta’ Kristu Re tal-Ħolqien Kollu

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Illum il-Ħadd se tiġi iċċelebrata il-festa liturġika ta’ Kristu Re fil-knisja ta’ Raħal il-Ġdid. Fil-5 pm ċelebrazzjoni tat-Tieni għasar u wara ssir riflessjoni minn Mons. Arċisqof Charles Scicluna. Wara ikun hemm quddiesa fis-6.30 pm.

  2. Nhar l-Erbgħa jkun hemm il-laqgħa ta’ l-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.

  3. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa tas-6.30 pm, ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika.

  4. Issa x-xoghol fil-koppla jinsab lest. Għalhekk nhar Il-Ħadd, 1 ta’ Diċembru ser ikollna okkażjoni sabiħa li għaliha mistednin ilkoll. Se niċċelebraw il-quddiesa fis-6.00 pm (u mhux fis-6.30 pm).  Imbagħad ikollna il-ħruġ tal-Madonna min-niċċa, il-mixegħla tal-koppla u nkomplu b’kunċert ta’ innijiet Marjani mill-Banda tagħna u mill-Kor Parrokkjali, flimkien mal-1st Hamrun Scout Group.  Wara dan ilkoll mistednin għal bibita flimkien quddiem il-Knisja jew fis-sala jekk ikun maltemp.

  5. Matul dawn il-ġranet se jitqassam fid-djar fuljett bil-programm tal-festa Liturġika tal-Kunċizzjoni u tal-Milied.  Flimkien mal- fuljett se  jitqassam l-envelope ta’ l-istrina għalhekk nitolbu lid-distributuri  li  jqassmu l-fuljett biex jiġu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali: it-Tnejn ,  l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu.  Nitlobkom sabiex tgħinuna kif dejjem għamiltu.  Grazzi mill-qalb.

  6. Bhalissa fid-djar qed jitqassam il-programm tal-festa liturġika ta’ Marija Immakulata. Nitlobkom biex tħarsu lejhom biex tkunu tistgħu tieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet kemm fil-Knisja u kemm okkażjonijiet oħra.  Qed jitqassam ukoll l-envelope għall-istrina tal-Knisja.  L-Offerti tagħkom tistgħu iġġibuhom fil-Knisja jew tibgħatuhom ma xi persuna tal-fiduċja tagħkom jew jinġabru mid-dar stess.  U grazzi mill-qalb ta’ kull għajnuna.  Mingħajr l-għajnuna tagħkom ma nistgħux nagħmlu dak li qegħdin nagħmlu.

  7. Il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja. Bħalissa qed induru wkoll il-ħsara li għandna f’4 AC’s biex inkunu preparati għas-sajf li ġej.

  8. Nitolbu għal ruħ Carmen Cachia u Sylvia Bonnici li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.  

Tags: No tags

Comments are closed.