It-Tletin Ħadd matul is-Sena
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Nhar it-Tlieta fis-7 pm se jkun hawn il-prova tal-Griżma ta’ l-Isqof li ser tiġi iċċelebratha nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li jattendu dawk li se jagħmlu l-Griżma u l-ġenituri jew kuraturi tagħhom.
-
Nhar Il-Ħamis l-aħħar ġurnata tax-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju. Biex nagħlqu dan ix-xahar, fis-6.00 pm se ssir Quddiesa fi Triq Ċensu Bugeja, fejn l-iskola tal-gvern. Wara nitolbu wkoll ir-Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Nistieden lil kulħadd biex ningħaqdu flimkien u nagħlqu dan ix-xahar tant għażiż għalina.
-
Il-Hamis ukoll, fis-7.30 pm se nagħmlu recording tar-Rużarju quddiem Ġesu’ Espost hawnhekk fil-Knisja biex jibda’ jintwera kuljum fuq stazzjoni tat-tv lokali. Nistedinnkom biex tingħaqdu magħna. Dawk li se jattendu, se jkunu jidhru biss minn wara. Nistieden l-għaqdiet u lil kulħadd biex ningħaqdu flimkien u niftakru f’kemm anzjani u morda jsibu l-konsolazzjoni tagħhom bit-talb li jkun trasmess fuq it-tv. Inkunu qed nagħtu servizz lil min ma jistax jingħaqad mal-Komunita’ tagħna.
-
Nhar Il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru festa tal-Qaddisin kollha. Fil -5.30 pm rużarju u fis-6 pm (mhux fis-6.30 pm) quddiesa bis-sehem tat-tfal li nħeġġuhom li jilbsu ta’ xi qaddis jew iġibu magħhom xi statwa jew stampa tal-qaddis li jħobbu.
-
Peress li 2 ta’ Novembru, it-Tifkira tal-mejtin jaħbat is-Sibt, filgħodu jkollna quddies aktar mis-soltu imma filgħaxija tirbaħ il-liturġija tal-Ħadd għalhekk ma tistax issir il-quddiesa li nagħmlu is-soltu għar-ruħ il-mejtin tal-Parroċċa. Filgħodu l-quddies ikun 6.15 am, 6.45 am, 7.15 am, 7.45 am u 8.15 am.
-
Nhar il-Ħadd li ġej, 21 żagħżugħ u żagħżugha se jirċievu is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof minn idejn Mons.George Frendo OP. fil-quddiesa tad-9.30 am. Nitolbu għalihom, għal ġenituri u parrini biex ikomplu jrawmuhom fil-valuri insara u nħeġġeġ sabiex it-tagħlim ma jieqafx mal-Griżma.
-
Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru ser isir Ftira Night fis-sala parrokkjali.
-
Grazzi tal-ġenerożita’ tagħkom fil-ġabra tal-Missjoni li saret il-weekend li għadda.
-
Issa x-xogħol tal-Koppla kważi lest. Nirringrazzja lil Ommna Marija Immakulata tal-ħarsien tagħha waqt ix-xogħol u nirringrazzja lilkom ilkoll li b’xi mod jew ieħor involvejtu ruħkom u tajtu l-kontribut tagħkom biex nagħmlu dan il-proġett. Nistedinnkom tirriservaw il-Ħadd 1 ta’ Diċembru għal avveniment sabiħ biex nirringrazzjaw lil Alla.