Avviżi – Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2024

It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar IT-TNEJN – Il-Ħames jum tan-Novena. Huwa Jum tfal fis- 6:45 pm: Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna mill-Knisja Parrokkjali sal-Kwartieri ta’ l-iscouts. Il-Madonna tkun akkumpanjata mill-Iscouts tal-Ħamrun. 7:15pm: Quddiesa fil-Kwartieri ta’ l-Iscouts mill-kappillan bis-sehem tat-tfal tal-Mixja Neokatekumenali u mill-Girl Guides. It-tfal iġibu magħhom xi ħelu biex jingħataw lit-tfal ta’ familji fil-bżonn. Wara l-Quddiesa: It-tfal jingħataw ġelat.. 

  2. Nhar it-TLIETA huwa s-sitt jum tan-Novena: fis-6.00 pm rużarju. Fis-6.30 pm quddiesa minn P. Elmar Pace OFM Cap fi Pjazza Kappillan Muscat b’għana Malti miktub mill-Professur Oliver Friggieri. Ikun hemm is-siġġijiet għal kulħadd. Ma jkunx hemm quddies fil-knisja.

  3. L-ERBGĦA huwa s-seba’ jum tan-novena u huwa: Jum il-Komunita’. Mistiedna s-saċerdoti u r-reliġjużi li ħadmu jew li ħarġu mill-parroċċa, persuni li kienu attivi fil-parroċċa, eks membri fil-Youth Centre, l-Abbatini, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, u lajċi impenjati. Fis-6:00 pm: rużarju meditat u litanija kantata. Fis-6:30 pm: Quddiesa minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. Wara l-Quddiesa: Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.

    Wara: Wine and Pizza party quddiem il-Knisja.

  4. IL-ĦAMIS Huwa it-Tmien jum tan-Novena. Fis- 6:00 pm: Rużarju meditat 6:30 pm: Quddiesa minn Dun Charles Bugeja. Il-parroċċa tiftakar f’ħutna li marru qabilna mill-festa l-oħra ‘l hawn. Wara l-Quddiesa: Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Imm. Kunċizzjoni.

  5. IL-ĠIMGĦA: Id-Disa’ jum tan-Novena u huwa Jum il-Familja. Mistednin koppji, familji u parruċċani ġodda. Issir il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna. 6:00 pm: Rużarju. 6:30 pm: Quddiesa minn Mons. Dun Joe Bajada. Wara l-Quddiesa: Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Imm. Kunċizzjoni.

  6. Nhar il-Ġimgħa ukoll fit-8.30 pm ser isir kunċert fi Triq il-Kappillan Mifsud mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni. Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa. Kulħadd huwa mistieden.

  7. Nhar is-SIBT lejliet il-festa 8:15 am: Quddiesa bit-Te Deum. Jiċċelebra P. Joseph Zahra, OP, Kappillan ta’ Gwardamanġa. 6:00 pm: Translazzjoni mmexxija mill-Kappillan Dun Franco Fenech mill-Katekumenju sal-Parroċċa, bis-sehem tal-aħwa tal-Komunita’ Neokatekumenali u parruċċani. Fis-6:30 pm: Quddiesa bl-Ewwel Għasar, iċċelebrata minn Patri Ugolin Scerri OFM Conv. Il-Knisja tibqa miftuħa sa tard.

  8. Xtaqt navzża li n-nar tal-art se jsir fejn kien isir qabel, jiġifieri f’tarf it-Triq Manwel Magri u mhux kif kien avżat qabel.

  9. IL-ĦADD Jum il-Festa Fit- 8:30 am: Quddiesa Solenni tal-Festa mill-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi. INĦEĠĠU LIL KULĦADD JATTENDI DIN IL-QUDDIESA PRINĊIPALI TAL-FESTA.

    Għal dak in-nhar biss issir il-quddiesa tal-11.00 am minn Dun Walter Cauchi, Arċipriet ta’ San Gejtanu.

    Filgħaxija fil-5.30 pm: It-talb tas-Salmi. Fis-6.00 pm quddiesa ċċelebrata mill-Kanonku Martin Borg u animata mil-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann taħt id-direzzjoni tas-Surmast Ray Storace.

    Fis-7.15 p.m. Toħroġ l-Purċissjoni bl-istatwa maħbuba u devota ta’ Marija Immakulata akkumpanjata mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq Franġiskani, Kappillan Mifsud sal-knisja. Nitolbukom biex nikkoperaw mal-Puluzija u f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi pparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni ser nitolbu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kulħadd jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien it-talba tant għażiża għal Ommna Marija.

    Infakkar li hekk kif il-Madonna tasal fi Pjazza Kappillan Muscat, se tingħata l-warda tad-deheb fl-okkażjoni tal-170 sena mid-domma tal-Immakulata Kunċizzjoni u l-45 anniversarju tal-Banda tagħna. Din il-warda ġiet preżentata fil-mawra li għamilna ġo Lourdes u mbierka mill-Q.T. il-Papa Franġisku li poġġielha wkoll ġawhra sabiħa fin-nofs tagħha.

    Fl-10.15 pm: ninġabru fi Pjazza Kappillan Muscat, biex nagħtu tislima lill-Madonna bix-xemgħat f’idejna u bil-kant ta’ l-Ave Marija. Wara d-dħul solenni fil-Knisja. Kant tal-antifona u tingħata l-barka Sagramentali.

  10. Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Lulju, fis-6.30pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.

  11. L-għaqda Muzikali tagħna tavża wkoll li dawk li kienu bbukkjaw l-ikliet, jistennew l-ikel f’jum il-festa għax jirċevuh id-dar.

Tags: No tags

Comments are closed.