L-Għaxar Ħadd matul is-Sena
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
1. Nhar l-Erbgħa ser isir coffee morning b’risq il-knisja fis-sala parrokkjali fid-8.45 am . Biljetti mingħand il-helpers.
2. Nhar l-Erbgħa wkoll, fis-6.30 pm se ssir il-Quddiesa ta’ Liberazzjoni. Din hija quddiesa li tiġi organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu li fiha jsir talb ta’ Ħelsien u talb ta’ Protezzjoni. Jieħdu sehem fiha l-Eżorċisti tad-Djoċesi flimkien ma’ Saċerdoti oħra u nitolbu fuq kull min ikun preżenti.
3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddies tas-6.30 pm.
4. Il-Ġimgħa jiltaqa’ il-KPP fis-Sala Dun Manwel fis-7.15 pm.
5. Nhar il-Ħadd li ġej, 16 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am, se nilqgħu lil Ħamrun Ameteurs u nifirħu magħhom għas-suċċessi li qegħdin jagħmlu. Dan l-aħħar il-Ħamrun Ameteurs rebħu l-kampjonat tal-futbol ameteurs (MAFA).
Dak in-nhar ukoll huwa JUM IL-MISSIER. Għalhekk fil-quddiesa se nitolbu għall-irġiel kollha, inberkuhom u noffru l-quddiesa għalihom.