Avviżi – Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2024

Solennita’ ta’ Corpus Christi Il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

1.  Is-Sibt, fil-Vġili nfakkrukom li wara l-quddiesa ikun hawn ftit ħin ta’ Adorazzjoni komunitarja animata mill-Kappillan.

2. Il-Ħadd fis-5.45 pm–Kant tat-Tieni Għasar mill-Mixja Neo Katekumenali. Fis-6.30 pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-preċett, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Manwel Magri, Triq Villambrosa, Triq id-Duluri, Triq Maitland, Triq il-Ferrovija, Triq il-Kbira San Ġużepp sal-Parroċċa ta’ San Gejtanu fejn hemmhekk tingħata l-barka. Navżaw in-nies li jogħqodu fit-toroq minn fejn se tgħaddi il-purċissjoni biex ikunu mħejjija biex jilqgħu l-Ewkaristija. Waqt il-purcissjoni se jsir it-tqarbin lil morda li joqogħdu f’dawn it-toroq.

3. Nhar l- Erbgħa fid-8.45 am ikun hawn laqgħa oħra miċ-Ċentru ta’ l–anzjani fis-sala Dun Manwel.

4. Nhar il-Ġimgħa hija l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu u l-Ewwel Gimgħa tax-xahar . Wara l-Quddiesa ser isir l-adorazzjoni.

5.  Fil-ġranet li ġejjin se jibdew jitqassmu il-programmi tal-festa li se tkun fit-7 ta’ Lulju. Nitlobkom biex tħarsu lejhom u taraw id-diversi okkażjonijiet sbieħ li jsiru matul in-Novena. Nieħdu sehem fihom għaliex l-isbaħ tiżjin tal-Knisja huwa l-prezenza tagħna. Nieħdu sehem kemm nistgħu biex nagħmlu festa sabiħa. Magħhom ukoll se ssibu lotterija li tibgħatuha fl-envelop flimkien mad-donazzjoni tagħkom. L-envelops se jinġabru mid-djar minn persuni awtorizzati minni (mill-Kappillan). Dawn se jkollhom tag li turi li qed jiġbru f’isem il-Parroċċa. Tistgħu ukoll tibgħatuhom ma’ persuna tal-fiduċja tagħkom jew impustawħ l-uffiċċju Parrokkjali.

6. Ser isir coffee morning nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju fid-9 am b’risq il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.

7. Kif stajtu ssegwu fuq il-FB, il-Knisja Parrokkjali se tingħata għajnuna ta’ aktar minn €13,000 għar-restawr tal-koppla. Dan bil-ħsieb li wara li sar maintenance minn barra, issa nieħdu ħsiebha minn ġewwa. M’aħniex se nieqfu hemm! Wara li nieħdu ħsiebha minn ġewwa, ser nagħmlu wkoll tisbieħ. Il-quddiem nesponu wkoll disinn ta’ dik li ġejja. Dan ifisser li €13,000 ma jkunux biżżejjed. Imma dawn se jagħtuna spinta tajba. Grazzi lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex dan il-proġett li ili nhewden fuqu jkun jista’ jsir.

8. Nitolbu għal ruħ Alfred Zammit li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Tags: No tags

Comments are closed.