Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2024

Id-Disa’ Ħadd tal-Għid – Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

1. Illum fil-quddiesa tad- 9.30 am ser issir l-Ewwel Tqarbina lil 10 tifel u tifla. Inżommuhom fit-talb tagħna biex jibqgħu iħossu l-ferħ tal-Mulej fil-qalb tagħhom.

2. Nhar It-Tnejn se niċċelebraw Jum il-Ħamrun. Fis-6.30 pm Quddiesa bis-sehem tal-kor. F’din il-quddiesa se jieħdu sehem entitajiet Ċivili tal-Ħamrun, Is-Sindku u l-Kunsill Lokali u se jkollna magħna wkoll il-ġeneral tal-Patrijiet Teatini imwaqqfin minn San Gejtanu.

3. Nhar It-Tlieta : jaħbat is-36 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja tagħna. Fis-6.30 pm se jkollna quddiesa bil-kor Parrokkjali u fiha jiġu nċensati is-slaleb tal-Konsagrazzjoni.

4. Minn nhar l-Erbgħa nibdew jiem ta’ preparazzjoni għall-festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. L-Erbgħa Quddiesa fis 6.30 pm. Fis 7.00 pm adorazzjoni mill-Mixja Neo Katekumenali. Peress li dak in-nhar se ssir ukoll purċissjoni bl-ikona tal-Madonna tas-Sokkors, x’ħin tasal quddiem il-Knisja tagħna, se noħorġu biex insellmulha u noffrulha bukkett f’isem il-Parruċċani kollha.

5. Nhar Il-Ħamis : Fis-6.30 pm quddiesa fil-knisja. Wara ser isir ħin t’Adorazzjoni fi Pjazza Oreste Chircop Triq Alexander mis-7.30 pm. ‘il quddiem. Imexxiha l-Kappillan. Inħeġġiġkom biex tattendu u nakkumpanjaw lil Ġesu’ Ewkaristija.

6. Nhar Il-Ġimgħa : Quddiesa fis-6.30 pm. Fis-7.00 pm Adorazzjoni animata mill-Fratellanza tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu.

7. Nhar Is-Sibt : Il-Quddiesa tas-6.30 pm tkun bl-Ewwel Għasar tal-Festa tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. Bejn is-7.15 pm u t-8.00 pm ikun hemm Adorazzjoni komunitarja animata mill-Kappillan.

9. Nitolbu għal ruħ Godwin Zammit li miet matul din il-ġimgħa. Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI ĦAMRUN

54, Triq Manwel Magri, Ħamrun HMR 10, Malta

Tel: 21232643

8. Nhar Il-Ħadd: 5.45pm–Kant tat-Tieni Għasar mill-Mixja Neo Katekumenali. Fis-6.30pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-precett, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Manwel Magri, Triq Villambrosa, Triq id-Duluri, Triq Maitland, Triq il-Ferrovija, Triq il-Kbira San Ġużepp sal-Parroċċa ta’ San Gejtanu fejn hemmhekk tinghata l-barka. Navżaw in-nies li jogħqodu fit-toroq minn fejn se tgħaddi il-purċissjoni biex ikunu mħejjija biex jilqgħu l-Ewkaristija. Waqt il-purcissjoni se jsir it-tqarbin lil morda li joqogħdu f’dawn it-toroq.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tags: No tags

Comments are closed.