L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena
– Sena Liturġika A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Peres li nhar il-Ħamis li ġej hija festa pubblika, l-Adorazzjoni Ewkaristika se ssir il-Ġimgħa minflok. Din se tkun immexxija minn Fr. Norbert Bonavia tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Din se tkun bħala parti minn ġimgħa ddedikata lil Mons. Giuseppi Depiro, il-fundatur tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.
-
Din il-ġimgħa komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari: kellna donazzjoni ta’ €1000, 2 ta’ €100, 2 ta’ €50 u 3 ta’ €20. Is-somma miġbura sa issa hija ta’ €8,470. Grazzi mill-qalb għall-ġenerożita’ tagħkom. Baqa biss madwar €530 x’jinġabru.
-
Bħal ma diġa avżajna nhar il-Ħadd li għadda, mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru il-quddies tat-8.15 am matul il-ġimgħa u tal-11 am nhar ta’ Ħadd mhux se jibqgħu isiru. Għalhekk il-ħinijiet tal-quddies se jkunu 6.15 am -7.15 am u 6.30 pm u nhar ta’ Ħadd 6.30 am – 8.00 am – 9.30 am – 6.30pm . Dawk li għandhom quddies ibbukkjat għall-erwieħ ta’ qrabathom bejn Ottubru u Diċembru f‘tat- 8.15 am se navżawhom meta se jsiru.
-
Din il-gimgha se jkun hawn Fr. Norbert Bonavia tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl li se jipprovdi materjal dwar il-Fundatur tas-Soċjeta’ , Mons. Giuseppi DePiro. Din se tkun bl-iskop li aħna nsiru nafu aktar dwaru u fl-istess ħin isir talb għall-Beatifikazzjoni tiegħu. Għalhekk wara l-bieb għandkom issibu materjal dwaru. Fr. Bonavia se jkun qed imexxi wkoll l-Adorazzjoni Ewkaristika ta’ nhar il-Ġimgħa u l-quddiesa tat-8 am nhar il-Ħadd li ġej.
-
Se jsir Coffee Morning fis-Sala Parrokkjali nhar it-Tlieta 26 ta’ Settembru. Min jixtieq jista’ jkellem lil Tessie Brown jew lil Marianne. Nibdew fid-9.00 am.
-
Nitolbu għal ruħ Rose Sammut u Vincenza Schembri li mietu matul din il-ġimgħa. Aghtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.