It-Tielet Ħadd tal-Għid
– Sena A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Illum fil-quddiesa tal-11.00 am se niċċelebraw bħala Parroċċa waħda u Ħamrun wieħed, id-9 suċċess tal-Ħamrun Spartans. Għal din il-quddiesa se jattendu s-Sindku u l-Kunsill lokali, Scouts u Girl Guides, Nursery, Kumitat u Players u entitajiet oħra. L-isports jgħaqqadna u jferraħna. U huwa xieraq li nifirħu ma dawn ħutna li tant għamlu unur lill-Ħamrun u l-Ħamruniżi. Ovvajament dawn mhux ġejjin weħidhom imma se jġibu magħhom it-tazza tad-9 rebħa. Wara l-quddiesa se niltaqgħu fi pjazza Kappillan Muscat biex inkomplu niċċelebraw flimkien.
- Matul din Il-ġimgħa inkompli t-tberik tal-Familji:
It-Tnejn: Inbierek Triq id-Duluri.
It-Tlieta: Inbierek Sqaq No 1 fi triq id-Duluri, Triq Fatati u Triq Ferrovija
L- Erbgħa : Triq il-Franġiskani
Il-Ħamis: Sqaq il-Għajn, Triq Kappillan Valletta u Triq il-Kunzar
3. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manuel wara il-quddiesa tat-8.15 am. Il-kelliem se jkun soċju tal-museum. Kulhadd huwa mistieden.
4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
5. Il-weekend li ġej huwa JUM IL-KARITA’, għalhekk il-ġbir li jsir fil-quddiesa tas-Sibt u l-Ħadd li ġej se jmur bħala għajnuna lill-opri ta’ karita’ fi ħdan il-Knisja. F’isem l-Arċisqof ngħid Grazzi lil dawk kollha li joffru l-kontribuzzjoni taghħom bħala għajnuna għal dawk fil-bżonn, kif ukoll lil dawk kollha li joffru ruħhom fil-volontarjat f’dawn l-opri ta’ Karita’. Grazzi.
6. Nitolbu għal ruħ Victor Farrugia u Mary Bartolo li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.