Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Marzu 2023

Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                       

  1. Illum, il-Pellegrinaġġ KRISTU FI TRIQATNA. Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fir-Raħal tagħna.  Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm.  Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa minn Mons. George Frendo OP.  Għalhekk illejla ma jkunx hawn quddiesa fis-6.30 pm imma wara l-pellegrinaġġ.
  2. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel. Jien se nattendi u nagħmel ħsieb. Din tkun il-quddiesa tat-8.15 am
  3. Nhar il-Ħamis, lejliet il-festa tad-Duluri se ssir ċelebrazzjoni penitenzjali fil-5.30 pm għat-tfal u l-ġenituri. Inħeġġeġ mhux biss lit-tfal, imma wkoll lil ġenituri biex nersqu għall-qrar u hekk nippreparaw ruħna għall-festi li ġejjin u wkoll biex tagħtu eżempju lil uliedkom.  Niftakru li kif jgħid il-Malti: l-eżempju jkaxkar. Dak in-nhar, it-tfal huma mistiedna li jġibu magħhom il-Karus ta’ mħabba li ngħata lilhom fil-bidu tar-Randan, biex id-donazzjonijiet jingħataw lid-Dar tal-Providenza.
  4. Il-Ħamis ukoll imbagħad fis-6.30 pm il-quddiesa u wara l-quddiesa tibda’ ċelebrazzjoni penitenzjali għall-kulħadd. Ikun hemm is-saċerdoti disposti għall-qrar.
  5. Nhar il-Ġimgħa  (Festa Pubblika) hija l-Festa għażiża tad-Duluri. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu hekk: filgħodu: 6:15, 7:15 u 8:15. Filgħaxija: 5:30 pm. Wara, fis-6:30 pm toħroġ il-Purċissjoni li tgħaddi mit-toroq: Manwel Magri, Ġuże’ Pace, Barth, Lord Byron, Franġiskani, Mons DePiro u Kappillan Mifsud sal-knisja. Wara jkun hemm Quddiesa oħra. Inħeġġeġ lil kulħadd biex minn fejn tgħaddi l-purċissjoni inżejnu l-gallariji u t-twieqi bi xbieha u dawl. Imma fuq kollox l-importanti li niġu u nieħdu sehem kemm fl-Ewkaristija u kemm fil-purċissjoni bix-xbieha għażiża ta’ Marija Addolorata.
  6. Nhar Il-Ħadd 2 t’April, fid-9.00 am isir ir-rit tat-tberik tal-friegħi tal-Palm u taż-Żebbuġ fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu. Ghalhekk niltaqgħu hemm u mhux fil-Knisja biex niġu Purċissjoni sal-Knisja fejn niċċelebraw il-quddiesa tad-daħla ta’ Ġesu’ ġewwa Ġerusalemm.  Din hija l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, dak li ppreparajna ruħna għalih matul ir-randan.
  7. Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-31 ta’ Marzu u s-7 t’April bit-tema magħżula: IDDAWWARX SPALLEJK.  Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju biex nitfgħu fihom l-offerti tagħna.  Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.
  8. Infakkarkom li t-Tnejn 3 t’April fis-7.15 pm se jsir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan.  Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidhlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni u persuni li jinterpretaw personaġġi Bibliċi.
  9. Bħal kull sena se niġbru l-figolli li se jingħataw  lill-persuni b’diżabilita’  f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 10 t’April fis-6.30 pm.  Din il-quddiesa se tiġi ċċelebrata minn Dun Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza.  Dak in-nhar, barra l-figolli se nippreżentawlu wkoll il-karus ta’ mħabba li t-tfal ikunu gabu magħhom fiċ-ċelebrazzjoni penitenzjali ta’ lejliet id-Duluri.
  10. Nitolbu għal ruħ  Doris Belli li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Tags: No tags

Comments are closed.