Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar il -Ġimgħa, inkomplu bir-4 laqgħa tal-eżerċizzi fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Imexxi Mons. Dun Joe Bajada.
- Bħal kull sena se niġbru ukoll il-figolli. Dawn se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ f’quddiesa apposta li ssir l-għada ta’ l-Għid. Min jixtieq jista’ jġibhom hawnhekk u nżommuhom għal dak in-nhar.
- Infakkar ukoll fl-attivita’ KRISTU FI TRIQATNA li se ssir mal-Ħamrun kollu nhar il-Ħadd li ġej. Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fir-Raħal tagħna. Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm. Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa. Għalhekk ma jkunx hawn quddiesa fis-6.30 pm.
- Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-31 ta’ Marzu u s-7 t’April bit-tema magħżula: IDDAWWARX SPALLEJK. Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgha ta’ Sagrifiċċju biex nitfgħu fihom l-offerti tagħna. Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.
- Il-Fratellanza tas-Santissimu Kurċifiss tal-Belt Valletta tavża li, kif isir kull sena fil-Ġurnata iddedikata lilu, il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu se tinfetaħ in-niċċa tal-Kurċifiss Mirakoluż tal-Belt Valletta biex ikun espost għad devoti. Il-Knisja ta’ Ġieżu se tkun miftuħa mis-7.00 am u tingħalaq fis-7.00 pm. Ser jitqassmu wkoll santi b’tajjara mimsusa max-xbieha tal-Kurċifiss Miarkoluż dakinhar biss.
- Infakkarkom li It-Tnejn 3 t’April fis-7.15 pm se jsir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan. Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidħlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni u persuni li jinterpretaw personaġġi Bibliċi.
- Nitolbu għal ruħ Doris Libreri u Michael Chircop li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.