Avviżi – Il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023

L-Epifanija tal-Mulej


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Illum il-Ħadd fid-9.30 am, quddiesa għat-tfal bit-tema: Fejn se nsibuh? X’se noffrulu?  Nistedinkom biex iġġibu lit-tfal biex nagħmlu festa flimkien fil-festa tat-Tre Re.
  2. Nhar it-Tnejn se jiltaqgħa il-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7pm fis-sala Dun Manwel.
  3. Nhar it-Tlieta  se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9am. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  5. Nhar il-Ħadd li ġej  fis-6.00 pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida li fiha se jibda uffiċjalment il-ħidma Pastorali bħala Arċipriet,  Dun Mario Mifsud, ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna.  Dun Mario qiegħed  jistiedinkom biex tingħaqdu miegħu għal din l-okkajoni. Għal dan il-għan se norganizzaw trasport minn quddiem il-Knisja tagħna.  Min jixtieq jingħaqad magħna mportanti li jiġi jinkiteb fl-uffiċċju Parrokkjali, it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa, jew fis-Sagristija.
  6. Fr.Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, qalli biex nesprimi l-gratitudni tiegħu, tal-istaff u tar-residenti tad-dar għall-ġabra sabiħa mill-Parroċċa tagħna li laħqet is-somma ta’ €1,700.  Nirringrazzjawkom għal-ġenerożita’ tagħkom.
  7. Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mall-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 Anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu l-preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu.  Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni.  Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.

 

Tags: No tags

Comments are closed.