54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
Marija Omm Alla u Jum il-Paċi
Sena A
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Issa wara l-quddiesa, se nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa l-ħin kollu. Fl-10.15 pm se ssir adorazzjoni animata u fil-11.15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri.
- Nhar il-Ġimgħa huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa ta’ filgħaxija. Janima l-Kappillan.
- Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar, għal 4.00 pm se jkollna żjara mis-Slaten maġi li se jagħmlu waqfa huma u sejrin Għajnsielem. Nistieden lil kulħadd biex ningħaqdu quddiem il-knisja tagħna, speċjalment tkun okkażjoni li fiha jieħdu pjaċir it-tfal.
- Nhar il-Ħadd li ġej festa ta’ l-Epifanija, quddiesa bit-tema: FEJN SE NSIBUH? X’SE NOFFRULU? Din se tkun speċjali għat-tfal fid-9.30 am. Inħeggukom iġġibu t-tfal biex nagħmlu festa flimkien.
- Il-Moviment ta’ Kana qed jistieden lil dawk il-koppji li żżewwġu matul din is-sena biex jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles Scicluna. Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt, Mons. Arċisqof se jiltaqa’ mal-koppji personalment u jagħtihom tifkira. Kif ukoll is-Sibt ta’ wara fl-14 ta’ Jannar, se ssir il-quddiesa għal dawk il-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul l-2023. Din ukoll tkun fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.
- Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar fis-6.00 pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida li fiha se jibda uffiċjalment il-ħidma Pastorali bħala Arċipriet, Dun Mario Mifsud ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna. Dun Mario qiegħed jistieden lilkom Parruċċani biex tingħaqdu miegħu għal din l-okkażjoni. Għal dan il-għan se norganizzaw trasport minn quddiem il-Knisja tagħna. Min jixtieq jingħaqad magħna importanti li jiġi jinkiteb fl-uffiċċju Parrokkjali, it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa, jew fis-Sagristija.
- Kif tafu il-ġbir kollu ta’ dan il-weekend se jiġi mogħti bħala għajnuna f’isem il-Parroċċa lid-Dar tal-Providenza, li hija sinjal ċar tal-Providenza ta’ Alla u tal-ġenerożita’ tal-Maltin. Għalhekk bħalissa il-ġbir qed jiġi magħdud u (għada wara l-quddiesa ta’ filgħaxija) jien personalment ma’ rappreżentanti mill-Parroċċa se mmorru s-Siġġiewi biex f’isimkom ilkoll ngħaddi l-flus lid-Dar. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.
- Nhar it-Tlieta 10 ta’ Jannar se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9 am . Biljetti mingħand il-helpers.