PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
Il-Ħadd, 7 t’ Awwissu, 2022
Id-Dsatgħax-il Ħadd matul is-sena, Sena Ċ
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Illum il-Parroċċa San Gejtanu qed tiċċelebrata l-festa parrokkjali. Nawgurawlhom festa sabiħa li tħalli ġid spiritwali.
- Nhar il-Ħamis , wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
- Nitolbu għal ruħ Josephine Ebejer li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Stqarrija mill-kappillan Dun Mario Mifsud, kapppillan tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni
Nixtieq ninfurmakom li Mons. Arċisqof talabni sabiex insir l-arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal- Imsida. Kif tafu, fl-ordinazzjoni saċerdotali tagħna aħna nwegħdu ubbidjenza lejn l-isqof tagħna u għalhekk, wara tmien snin magħkom, se nerġa nibda’ mandat ieħor bħala kappillan f’parroċċa li tmiss ma’ tagħna. Nieħu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja minn issa lis-saċerdoti u lil ħafna u ħafna lajċi li kkoperaw miegħi sabiex naħdmu flimkien għall-ikbar ġid tal-parroċċa. Jiena ċert li intom dan se tkompluh mal-kappillan il-ġdid li l-arċisqof se jaħtar minn hawn u ftit jiem oħra.