Avviżi 31 ta’ Lulju 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Ħadd, 31 ta’ Lulju, 2022

It-Tmintax-il Ħadd matul is-sena, Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.   Nhar it-Tlieta ser isir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers jew fis-sagristija.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali b’risq il-parroċċa speċjalment biex inkopru l-kontijiet għall-użu tal-Air Conditioners tal-Knisja.
  4. Nitolbu għal ruħ Rita Curmi li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Stqarrija mill-kappillan Dun Mario Mifsud kapppillan tal-parroċċa

Nixtieq ninfurmakom li Mons. Arċisqof talabni sabiex insir l-arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal- Imsida. Kif tafu, fl-ordinazzjoni saċerdotali tagħna aħna nwegħdu ubbidjenza lejn l-isqof tagħna u għalhekk, wara tmien snin magħkom, se nerġa nibda’ mandat ieħor bħala kappillan f’parroċċa li tmiss ma’ tagħna. Nieħu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja minn issa lis-saċerdoti u lil ħafna u ħafna lajċi li kkoperaw miegħi sabiex naħdmu flimkien għall-ikbar ġid tal-parroċċa. Jiena ċert li intom dan se tkompluh mal-kappillan il-ġdid li l-arċisqof se jaħtar minn hawn u ftit jiem oħra.

Tags: No tags

Comments are closed.