Il-Ħadd 20 ta’ Ġunju 2021 – It-Tnax-il Ħadd matul is-Sena B

 Avviżi

  1. Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm laqgħa fil-knisja għall-ġenituri u parrini tal-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma nhar il-Ħadd li ġej. Dak inhar ukoll se ntellgħu il-polza.
  2. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għall-programm tal-festa. Fit-8.15 am Quddiesa bit-talba ta’ Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. Fis-6.00 p.m. Rużarju meditat minn gruppi differenti tal-Festa. Kurunella u fis-6.30 p.m. Quddiesa mill-Wisq Reverendu Monsinjur Dun Ġużepp Mifsud Bonniċi. Din il-quddiesa tkun animata minn band taż-żgħażagħ mmexxija minn Daniel Mangion. Fis- 7.00 p.m. ADORAZZJONI EWKARISTIKA.
  3. Nhar il-Ġimgħa jkun Jum l-anzjani. Fis- 6.00 pm rużarju meditat, kurunella u quddiesa minn Patri Christopher Farrugia OFM. Wara tingħatha tifkira lill-anzjani. Min jixtieq trasport iħalli ismu fl-uffiċċju parrokkjali.
  4. Nhar il-Ġimgħa wkoll fis-7.30 pm ikun hawn il-prova tal-Griżma fil-knisja.
  5. Nhar Is-Sibt, 5.45 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Kantata Marjana mill-Kor Parrokkjali b’għażla ta’ innijiet Marjani. Fis- 6.30 p.m. Quddiesa mill-W. R. Mons Dun Hector Scerri. Mistiedna speċjali r-Reffiegħa tal-Vara.
  6. Nhar Il-Ħadd, fit-8.00 a.m. Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr bis-Sehem tal-membri tal-Kumitat tal-Ħamrun Spartans. Fil- 11.00 a.m. Quddiesa mill-Eċċellenza tiegħu Monsinjur Joseph Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 17-il tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna.  Fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. Kurunella. Fis- 6.30 p.m. Quddiesa bis-sehem tan-nanniet tal-Parroċċa li fiha se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Magħmudija.
  7. Nitolbu għal ruħ Louis Parnis  li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  8. Illum Jum il-Missier għalhekk nawguraw lill-missirijiet kollha. Lill-missirijiet preżenti se tingħatalhom tifkira.
  9. Qegħdin niġbru donazzjonijiet għall-fjuri tal-festa. Għal kull donazzjoni jitwaħħal biljett man-notice board fil-knisja.
  10. Fil-weekend li ġej ser issir il-Ġabra tal-Papa biex Papa Franġisku jkun jista’ jgħin lil dawk milqutin minn gwerrer, diżastri jew emerġenzi.

Tags: No tags

Comments are closed.