AVVIŻI
- Nhar it-Tnejn ikompli t-tberik tal-Familji: It-Tnejn: Triq Oscar Zammit u Triq it-Tramm. It-Tlieta: Triq il-Kappillan Mifsud. L-Erbgħa: Triq il-Liċew, Triq Wenzu Mallia u Triq il-Fatati Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu: Triq id-Duluri (il-parti bejn Triq Indri Cilia sa Villambrosa). Il-Ġimgħa filgħaxija: Triq il-Kappillan Valletta u Triq Qrejten
- Nhar l-Erbgħa hija l-Festa tal-Madonna ta’ Pompei. Fil-11.00 am se jingħad ir-rużarju, fil-11.30 am se jkun hawn Quddiesa u wara tingħad it-talba tas-Supplika lil Madonna.
- Nhar il-Ħamis hija l-Festa ta’ San Ġorġ Preca. Fis-6.30 pm quddiesa animata mill-Museum Subien u Bniet. L-adorazzjoni tal-Ħniena Divina se ssir fil-kappella tas-Sagrament.
- Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar is-Sibt se jsir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk. Ikun hemm quddiesa fid-9.00 pm u wara adorazzjoni.
- Nhar il-Ġimgħa fis-7.30 pm fis-Sala Parrokkjali se tiġi organizzata Wine & Pizza b’risq il-Festa Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.