Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru 2021 – It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena Ċ

  AVVIŻI

  1. Ifakkurkom li wara l-quddiesa tas-Seibt filgħaxija ser isir kunċert mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni sabiex jitfakkar il-100 sena mid-devozjoni lejn Marija Immakulata u se jieħu sehem il-kor tal-parrocca. Kulħadd mistieden.
  2. Nhar it-Tnejn inkomplu bin-Novena u se jkun Jum Il-Familja. Fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkunu mistiedna koppji li għandhom anniversarji speċjali. Wara l-quddiesa il-koppji preżenti se jingħatalhom ċertifikat ta’ tifkira.
  3. Nhar it-Tlieta lejliet il-festa tal-Kunċizzjoni, se nitolbu għal dawk li qed irabbu l-familja waħedhom bħal romol, separati u single parents.  Fis-5.45 pm ikollna r-Rużarju, Kurunella u ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar tal-Kunċizzjoni. Fis-6.30 pm quddiesa kantata.
  4. Nhar l-Erbgħa hija  s-Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni, bħas-soltu,  il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fit-8.45 am se jsir talb ta’ sbieħ il-Jum kantat, fil-5.45 pm rużarju ,fis-6.10 pm għasar kantat u fis-6.30 pm quddiesa kantata immexxija minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.  Il-ġabra dakinhar tmur għad-dar tal-Providenza. Nhar l-Erbgħa ukoll ser issir katina tar-rużarju, u dawk li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jħallu  isimhom u l-ħin fis-sagristija.
  5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  6. Nhar is-Sibt fil-5.45 pm jingħad ir-rużarju,fis-6.10  pm jitkanta l-għasar tat-tielet Hadd tal-avvent u fis-6.30 pm quddiesa.
  7. Se nixtru l-punsjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punsjetta.
  8. Armajna s-siġra tal-Milied bl-iskop li, apparti li nżejnu l-Knisja, inpoġġu taħtha ikel  biex intuhom lill-familji fil-bżonn . Nitolbukom tkunu ġenerużi.

Tags: No tags

Comments are closed.