Avviżi
- Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa biċ-ċerimonja tat-tberik tax-xemgħa.
- Nhar il-Ħamis fis-7.00 pm se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali fis-Sala Dun Manwel.
- Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-7 pm jkun hawn adorazzjoni ewkaristika.
- Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
- Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja f’Malta matul ix-xahar ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website tad-Djoċesi.
- Navżaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna jirreġistraw lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
- Nitolbu għal ruħ Karmena Portelli u Emanuel Pace li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.