Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
Nhar l-erbgħa 7 ta’ Frar iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa bil-quddiesa. Se mmorru naraw ukoll il-Film “The Shipwreck of Saint Paul” fiċ-ĊAK Birkirkara. Biljetti mingħand il-helpers.
Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja minn skejjel tal-Gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja.
Nitolbu għal ruħ Albert Cassar u George Brown li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.