Avvizi
- It-Tnejn hija l-Festa ta’ San Pietru u San Pawl. Hija Festa pubblika u tkun ħaġa sabiha li nqaddsu din il-ġurnata bil-quddiesa.
- Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm
- Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd ser issir il-Festa tal-Parroċċa tagħna. Din is sena l-festi f’Malta se jsiru b’mod ridott li se jikkonsistu f’ quddiesa solenni u pellegrinaġġ.
- Il-quddies filgħodu l-Ħadd se jkunu fis-6.30 am u fit-8.00 am. Fid-9.30 am niċċelebraw il-festa b’quddiesa solenni, immexxija mill-Kappillan tal-parroċċa tan-Nazzarenu Patri Joe Cilia, li hu mil-Hamrun u li din is-sena jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni tiegħu. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali u l-orkestra, Wara jkollna l-aħħar quddiesa ta’ filgħodu fil-11.00 am.
- Il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis -6.00 pm biex fis-7.00 pm jibda l-Pellegrinaġġ Aux Flambeaux immexxi mill-Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Kanonku Dun Walter Cauchi. Il-Pellegrinaġġ jgħaddi minn: Triq Manwel Magri, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Indri Cilia, Triq il-Ferrovija, Triq Maintland, Triq id-Duluri, Triq Vitale, Triq Kunċizzjoni, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq il-Kappillan Mifsud. Matul il-pellegrinaġġ se nirringrazzjaw lill-Madonna permezz tar-Rużarju u se nkunu akkumpanjati mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni b’innijiet Marjani. Fid- 9.00 pm jidħol il-Pellegrinaġġ u tingħata l-Barka sagramentali.
- Nhar it-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament bis-sehem ta’ dawk li ħadmu fl-organizzazzjoni tal-festa.
- Illum qed nagħmlu l-unika ġabra speċjali għall-festa parrokkjali. Ma ninsewx nitfgħu l-offerta tagħna fil-qfief ħdejn il-bieb ta’ barra.