Avviżi
- Illum fit – 8.00 a.m. Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr bis-Sehem tal-membri tal-Kumitat tal-Ħamrun Spartans. Fil- 11.00 a.m. Quddiesa mill-Eċċellenza tiegħu Monsinjur Joseph Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 17-il tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna. Fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. Kurunella . Fis- 6.30 p.m. Quddiesa bis-sehem tan-nanniet tal-Parroċċa li fiha se jigi amministrat is-Sagrament tal-Magħmudija.
- Nhar it-Tnejn hu Jum it-tfal u l-abbatini. Fis-6.00 pm rużarju meditat. Fis-6.30 pm jkollna l-quddiesa mmexxija minn Dun Peter Paul Sultana.
- Nhar it-Tlieta Solennita’ ta’ San Pietru u San Pawl. 6.00 p.m. Rużarju meditat u Kurunella..6.30 p.m. Quddiesa mill-Wisq Reverendu Monsinjur Dun Joe Bajada – b’suffraġju tal-erwieħ ta’ ħutna minn din il-Parroċċa li mietu mill-festa tas-sena l-oħra sal-festa ta’ din is-sena. Wara l-quddiesa issir it-talba tal-Kumpieta kantata li biha l-Knisja tagħlaq il-ġurnata liturġika.
- Nhar l-Erbgħa hu Jum il-Komunità u l-Ewwel Jum ta’ Tridu. Fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija mill-Wisq Rev. Gwardjan Patri Joseph Magro u animata mill-Grupp Gifra. Nistiednu b’mod speċjali lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu sehemhom b’xi mod fil-parroċċa, kif ukoll lill-membri tal-għaqdiet u l-movimenti. Wara l-quddiesa fil-jiem tat-tridu nagħlqu bil-Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Il-ġabra tal-quddies ta’ fil-għaxija tmur għad-Dar tal-Providenza.
- Nhar Il-Ħamis: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU – Jum il-Vokazzjonijiet. 6.00 p.m. Rużarju meditat. Fis-6.30 p.m. quddiesa immexxija minn Wisq Reverendu Dun Charles Bugeja. Mistiedna speċjali, is-Sorijiet fil-Ħamrun fosthom is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji Tal-Qalb Bla Tebgħa Ta’ Marija, Little Sisters of the Poor, Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’. 7.00 p.m. Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat. Wara Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
- Nhar il-Ġimgħa huwa Jum il-Familja fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa minn Patri Marcellino Micallef (OFM) . Huma mistiedna dawk kollha li għandhom l-anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll dawk li kellhom tarbija matul din is-sena biex jippreżentawha lill-Madonna, kif ukoll residenti ġodda fil-Parroċċa tagħna. Wara l-quddiesa Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
- Is-Sibt, Lejliet il-Festa. Fit-8.15 am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.00 p.m rużarju meditat Fis-6.30 p.m quddiesa bit-talba tal-Għasar. Imexxi il-Kappillan Dun Mario Mifsud . Fid-9.00 p.m. Rużarju meditat. Fid-9.30 p.m. Niċċcelebraw il-Vġili tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni li jinkludi l-Uffiċċju tal-Qari u tlett kantiċi kantati, tal-Vanġelu tal-Festa u kant tat-Te Deum.
- Il-Ħadd, Jum il-Festa. Il-quddies se jkun fil-ħinijiet tas-soltu. Inħeġġukom biex tattendu għall-quddiesa tal-Festa li tkun fid-9.30 a.m. iċċelebrata mis-Saċerdot Novell Dun Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu. Din hija l-quddiesa prinċipali tal-festa. Filgħaxija, 6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa bil-kant tat-Tieni Għasar mill-W.R. Kappillan Dun Mario Mifsud. Wara l-quddiesa issir tislima lill-Immakulata Kunċizzjoni, tingħad it-talba Parrokkjali, titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u ċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bil-kant tal-Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
- Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ Radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.
- Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li bagħatu l-envelopes bil-kontribuzzjoni għall-festa, infakkru lil dawk li għadhom ma bagħatuhx sabiex iġibuh fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
- Infakkru li kulhadd jista’ jagħtu donazzjoni għall-fjuri li tista’ tasal fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.
- Ħdejn il-bieb ta’ barra għandna kopji tal-Flimkien tax-xahar ta’ Lulju li qed jerġa’ jigi ipprintjat wara assenza ta’ ħmistax-il-xahar. Nissuġġerixxu lil kull familja sabiex tieħu kopja għaliha u, jekk tista’ twassal xi kopja lil xi anjani li ma joħorġux.