AVVIŻI
- Illum il-Ħadd, it-Tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika, fis-6.10 pm Għasar kantat u Barka Sagramentali.
- Nhar it-Tnejn inkomplu t-tberik tal-Familji: It-Tnejn nbierku Triq Alexander. Nhar it-Tlieta nbierku triq il-Kappillan Mifsud. L-Erbgħa Triq Schembri, Triq Muscat Azzopardi u Triq Manwel Magri. Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu Triq Vitale u Dun Edgar Vella. Il-Ġimgħa filgħaxija Triq Mons. Depiro.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Infakkrukom li matul iż-żmien tal-Għid sal-Pentecoste matul il-ġimgħa, fis-6.00 pm ikollna l-Via Luċis, it-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt, filwaqt li t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa ikollna r-rużarju. Il-Ħadd fis-6.10 pm ikollna t-talba tal-Għasar kantat.
- Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa tal-ewwel Ħadd tax-xahar.