Avvizi
- Il-Ħadd, fil-quddiesa tad-9.30 am, se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal subien tal-Parroċċa tagħna.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar is-Sibt li ġej 22 ta’ Awwissu se nagħmlu l-ewwel prima tal-lottu bħala fundraising għall-parroċċa. Nhar ta’ Ħamis se jkun hemm persuna tbiegħ il-biljetti fejn iċ-ċentru filgħodu kmieni bħas-soltu. Min abbona xi numru jew jiġborrhom il-Ħamis jew mill-uffiċċju nhar it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa.
- Nitolbu għal ruħ Giovanni Teuma u Matilde Montford li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.