Avviżi
- Illum, niċċelebraw Ħadd il-Palm. Fid-9.00 am niltaqgħu fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu, fejn isir it-Tberik tal-Palm, wara Purċissjoni sal-Knisja. Fid-9.30 am jkollna l-quddiesa bħas-soltu. Fil-5.00 pm Purċissjoni tad-Duluri li se tgħaddi minn Triq Manwel Magri, Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo, Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri. Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
- Nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bit-talba tal-għasar.
- Nhar it-Tnejn ukoll fit-7.00 pm, ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta.
- Nhar l-Erbgħa wara l-quddiesa tas-6:30 pm talb quddiem il-Kurċifiss. Fis-7.30 pm il-GIFRA (żgħażagħ franġiskani) se jtellgħu Musical fuq il-ħajja ta’ San Franġisk fil-Knisja ta’ San Franġisk. Kulħadd hu mistieden.
- Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqin. Fis-6.30 pm nagħtu bidu għat-Tridu qaddis ta’ l-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata. Fit-8.00 pm nagħmlu flimkien il-viżti u fl-10.00 pm siegħa mqaddsa biex intemmu dan il-Jum speċjali.
- Infakkru li nhar il-Ġimgħa l-Kbira hemm l-obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fit-8 am ikun hawn it-talba tal-Lawdi organizzata mill-mixja Neokatekumenali. Il-knisja tiftaħ fis-2.30 pm u fit-3.00 pm tibda l-Azzjoni liturġika tal-Jum.
- Nhar is-Sibt, fit-8.00 pm niċċelebraw il-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
- Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-vara tad-Duluri hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna b’risq dawk li huma fil-bżonn.
- Nfakkrukom ukoll li qed niġbru preserves għad-Dar tal-Providenza.
- Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla li jistgħu jgħadduhielna fl-uffiċċju Parrokkjali jew fis-sagristija.
- Il-ġabra li għamilna għas-Seminarju ammontat għal €678. Nirringrazzjawkom.
- Nitolbu għall-erwieħ ta’ Joseph Bonnici, Maria Dolores Verzin, Theresa Spiteri u Joseph Cuschieri. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.