Talb Komuni

Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek,ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen.

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, Il-Mulej miegħek, imbierka int fost in-nisa, u imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Gesu. Qaddisa Marija, omm Alla, itlob għalina midinbin issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art; u f’Gesu Kristu, Ibnu wieħed Sidna; li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh; niżel il-Limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin t’Alla l-Missier, li jista’ kollox; minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill- ħajjin u mill-mejtin; Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; Il-Knisja Mqaddsa Kattolika ix-Xirka tal-Qaddisin; il-maħfra tad-dnubiet; il-qawwa ta’ l-imwiet; il-ħajja ta’ dejjem. Ammen

O ruħ x’għamiltlek jiena Li inti ma tridx taf bija? Ftakar fil-mewt u l-passjoni u t-tlett siegħat tal-agunija. Missierna, Sliema u Glorja

 

O ruħ x’għamiltlek jiena Li tfajtni wara spallejk? Ftakar fil-mewt u l-passjoni u t-tbatija li batejt. Missierna, Sliema u Glorja

O ruħ x’għamiltlek jiena, Li bil-lanza ftaħtli qalbi? Int titbiegħed minni U jiena nitolbok tiġi għandi. Missierna, Sliema u Glorja