Bħalma din l-imħabba ta' bejn Kristu u l-Knisja tħalli l-frott, hekk il-miżżewġin ġodda jwiegħdu li jkunu lesti jilqgħu ħajja ġdida, jieħdu ħsiebha sew u jtuha edukazzjoni nisranija. B' dan il-mod, il-familja nisranija tkun "Knisja Domestika", post fejn wieħed jista jesperjenza l-preżenza u l-imħabba ta' Alla, filwaqt li jikber fil-fidi u l-kapaċita li jgħix mal-oħrajn. Huwa għalhekk li l-Knisja tqis iż-żwieġ bħala sagrament mill-aktar importanti.
Żwiġijiet fil-Parroċċa tagħna:
Agius Charles ma’ Gauci Sharon
Galea Mark ma’ Spiteri Rebecca
It-talb fil-familja huwa mod speċjali kif inqawwu il-fidi. Wieħed għandu jsib ftit minuti kuljum fejn il-familja tinġabar quddiem Alla, taqsam miegħu l-inkwiet, titlob għall-bżonnijiet tagħha bħala familja, titlob għal xi ħadd li għaddej minn xi diffikulta, tirringrazzja lil Alla għall-ħajja u l-barkiet tagħha waqt li titlob lil Marija tipproteġieha taħt il-mant tagħha."