Huwa għalhekk li n-nisrani, li bil-Magħmudija issieħeb ma' Kristu, u għadda mill-mewt għal-ħajja ġdida, jemmen fil-qawmien mill-imwiet u fil-ħajja ta' dejjem. Bħalma Kristu qam mill-imwiet, in-nisrani jemmen li l-bniedem ukoll iqum mill-imwiet għal ħajja ġdida. In-nisrani jemmen li l-bniedem wara l-mewt jidher quddiem Alla, l-imħallef ġust u l-avukat ħanin tagħna. Wara l-ġudizzju universali anke l-ġisem tagħna jieħu s-sura glorjuża li kellu Ġesu wara l-qawmien mill-imwiet.
Għaddew għal ħajja oħra fis-sinjal tal-fidi:
Galea Alfred
Carmela Zammit
O’Dea Anna Maria
Mifsud Bruno
Muscat Carmel
Laus John
Xerxen Alfred
Mifsud Rosaria
Scerri Giuseppe
Ejjew nimxu flimkien it-triq tas-Salib, ejjew nimxu u nġorru f' qalbna din il-Kelma ta' mħabba u maħfra. Ejjew nimxu waqt li nistennew il-Qawmien..."