- Nhar il-Hamis tibda n-novena tal-Milied. Matul in-novena ikun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin u ħsieb qasir fil-bidu tal-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar il-Ħamis ikollna adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar is-Sibt fil-5.45 pm jingħad ir-rużarju, fis-6.10 pm jitkanta l-għasar tar-raba’ Ħadd ta’ l-Avvent u fis-6.30 pm quddiesa.
- Din il-gimgħa se nqassmu l-envelop tal-Istrina għall-parroċċa biex tgħinu kif tistgħu fl-ispejjeż tal-parroċċa. Minħabba r-ristrizzjonijiet li hawn mhux se jinġabru mill-helpers tagħna imma nitolbukom biex igġibuhom fil-knisja jew l-uffiċċju jew tibgħatuhom ma xi ħadd ta’ fiduċja.
- Armajna s-siġra tal-Milied u taħtha qed nilqgħu donazzjonijiet ta’ ikel li se noffruhom lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa.
- Se nixtru l-punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
- Il-Grupp Armar tal-parroċċa javża li fil-21 u 22 ta’ Diċembru l-Father Christmas se jqassam ir-rigali lit-tfal. Min irid dan is-servizz jista’ jġib ir-rigali fis-Sala Dun Manwel bejn il-5.30 u s-7.00 pm.
- Ninfurmawkom li d-donazzjonijiet għar-Restawr tal-faċċata tal-Knisja ammontaw għal €6,780. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
- Nitolbu għal ruħ Irene Bugeja li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.