Avvizi
- Minn għada t-Tnejn tibda in-novena tal-Immakulata Kuncizzjoni, wara r-Rużarju tingħad il-Kurunella tal-Kunċizzjoni.
- Nhar it-Tnejn il-Quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6:00 pm (mhux fis-6:30 pm ) u se tkun bis-sehem tat-tfal li jattendu d-duttrina. Ir- rużarju se jingħad fil-5:30 pm
- Nhar it-Tlieta il-quddiesa tas-6:30 pm se tkun animata mill-grupp tal-ĠIFRA, Grupp Żgħażagħ Franġiskani.
- Nhar l-Erbgħa fil-quddiesa tat-8:15 am se jkunu mistiedna l-anzjani tal-parroċċa. Wara l-quddiesa taħdita fuq il-Madonna fis-Sala Dun Manwel.
- Nhar Il-Ħamis il-quddiesa tas-6:30 pm se tkun animata mill-Mixja Neokatekumenali.
- Nhar Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ikun Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar is-Sibt huwa t-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fis-5:45 pm rużarju u L-Ewwel Għasar kantat fis-6:10 pm. Wara l–quddiesa ser isir Akkademja Mużikali mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni sabiex jitfakkar il-100 sena mid-devozjoni lejn Marija Immakulata fil-Ħamrun u se jieħu sehem il-kor Parrokkjali. Kulħadd mistieden. Il-ġabra waqt il-kunċert tas-Sibt se tmur għad-Dar tal-Providenza.
- Nhar il-Ħadd li ġej, fil-quddiesa tad-9:30 am issir il-vestizzjoni tal-abbatini.
- Fl-Okkażżjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni se norganiżżaw katina ta’ rużarju mid-djar tagħna fil-jum tal-festa fit-8 ta’ Diċembru. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jagħtu isimhom u l-ħin fis-sagrisitja. Nitolbu biex Marija Immakulata tħares u tipproteġi lill-Parroċċa u d-dinja kollha f’din il-pandemija.
- Nitolbu għall-erwieħ ta’ Antonia Xuereb, Joseph Francica u Concetta Caruana . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.