Kull grupp jew għaqda jkollha l-attivita’ tagħha li ma taqta’ qatt. Dan hu minnu wkoll fil-każ tal-parroċċi. Kull parroċċa jeħtieġ li taħdem u tistinka sabiex tkompli twassal il-messaġġ ta’ Kristu lill-membri tal-parroċċa, kemm li huma mpenjati fix-xogħol pastorali kif ukoll kemm dawk li m’humiex.
Huwa għal dan il-għan, li f’kull parroċċa ssib gruppi kbar ta’ nies li jagħtu servizz ta’ kuljum sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-parroċċa. Huwa għal dan il-għan li nistgħu ngħidu li l-Kummisjonijiet, l-għaqdiet u l-bosta gruppi fi ħdan il-parroċċa jistgħu jissejħu, il-ħajja tal-parroċċa. Waqt li ngħarfu li hi l-imħabba t’ Alla li ssuqna, ngħarfu l-importanza tal-bosta għaqdiet li jsawru u jagħtu l-ħajja lill-parroċċa tagħna.
F’ dan l-ispazju virtwali, hawn ftit informazzjoni fuq l-għaqdiet u l-kummissjonijiet fil-parroċċa tagħna sabiex filwaqt li jitwassal il-messaġġ li għalih kull għaqda taħdem u tistinka biex tasal, nkunu ta’ kuraġġ għal xulxin filwaqt li ngħarfu l-attivitajiet li jsiru li jsawru l-ħajja tal-parroċċa, napprezzaw dak li Alla qed jagħmel permezz tagħna.
Kunsilli u Kummissjonijiet | Moderatur |
---|---|
Kunsill Pastorali Parrokkjali | Piscopo Lawrence |
Kummissjoni Liturġija | Scerri Randolf |
Kummissjoni Festa | Dun Franco Fenech |
Kummissjoni Djakonija | Zerafa Marianne |
Kummissjoni Familja | Mifsud Tony |
Kummissjoni Kateketika | Dun Franco Fenech |
Kummissjoni Fund-Raising | Vakanti |
Azzjoni Kattolika Nisa Kunċizzjoni | Attard Tessie |
Museum Bniet | Briffa Anna |
Museum Subien | D’Amato Joe |
Leġjun ta’ Marija (Irġiel) | Attard Charles |
Leġjun ta’ Marija (Nisa) | Debattista Rose |
Mixja Neo-Katekumenali | Sultana Lino |
Ordni Franġiskan Sekular | Muscat Manwel |
Ċentru Soċjali Irġiel | Bezzina Louis |
Kor Parrokkjali | Mro. Pace Francis |