AVVIŻI
- Għada t-Tnejn hija il-Festa ta’ Missierna San Pawl. Hija festa kmandata għalhekk il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am se jkunu mistiedna dawk li jisimhom għal San Pawl .
- Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, issir il-laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
- Nhar l-Erbgħa ser isir coffeee morning b’risq il-knisja. Nitilqu fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
- Nhar il-Ħamis ukoll issir l-adorazzjoni imexxija mill-Grupp Ħniena Divina fid-8.45 am fil-kappella ta’ l-Adorazzjoni.
- L-Erbgħa 19 ta’ Frar ser isir ħarġa bil-quddiesa organizzata miċ-Ċentru ta’ l-anzjani. Ser ikollna quddiesa fid-Dar tal-Providenza, Is-Siġġiewi u wara imorru Għar Lapsi. Tluq fid-8.45 am . Aktar tagħrif u biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Frar ser isir laqgħa soċjali bit-tombla fis-Sala parrokkjali b’risq il-festa fis-7.30 pm. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers
- Nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar fl-4.30 pm ġewwa l-Knisja Arċipretali ta’ San Bastjan Ħal Qormi, l-Azzjoni Kattolika se tkun qed tiċċelebra quddiesa ta’ radd ta’ ħajr immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi fl-okkażjoni tad-90 Anniversarju mit-twaqqif uffiċjali tal-Azzjoni Kattolika f’Malta. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.
- Nitolbu għal ruħ ta’ Ines Ciancio u Charlie Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.