AVVIŻI
- Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna adorazzjoni ewkaristika.
- Nhar is-Sibt li ġej fil-5.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, se ssir quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul is-sena li għaddiet li fiha se jkollhom l-okkażjoni jiltaqgħu ma’ Mons. Arċisqof.
- Nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar se norganizzaw Coffee morning b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
- Fis-17 t’April 2020 se jibda’ l-Kors ta’ Kana. L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.
- Nitolbu għal ruħ ta’ Hilda Cutajar li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.