Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 2019 – Il-Familja Mqaddsa Sena A

AVVIŻI

  1. Għada t-Tlieta hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena. Fil- 11.00 pm Adorazzjoni u nibdew is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofs il-lejl.
  2. L-Erbgħa l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla u bl-obbligu tal-quddies li jkun bħal tal-Ħadd. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa. Fl-1 tas-sena jkun ukoll it-Tnejn u Ħamsin (52) anniversarju it-twaqqif tal-Parroċċa.
  3. Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u jkollna adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Nhar is-Sibt li ġej fil-5.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Belt, il-Moviment ta’ Kana qed jistieden lil dawk l-għarajjes  li se jiżżewġu matul din is-sena  għall-Quddiesa li fiha se jkollhom l-okkażjoni jiltaqgħu mal-Arċisqof. 
  5. Infakkrukom fl-envelopes ta’ l-Istrina għal parroċċa u  nirringrazzjaw lil dawk kollha li diġa taw id-donazzjonijiet .
  6. Navżaw li wara is-17 t’April 2020 se norganizzaw il-Kors ta’ Kana. L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.
  7. Nitolbu għalruħ Lawrence Sultana  li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Tags: No tags

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *