AVVIŻI
- Nhar it-Tlieta huwa l–31 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja, għalhekk ser nfakkru dan l-anniversarju fil-quddiesa fis-6.30 pm.
- Nhar l-Erbgħa għal ħabta tas-8.00 pm se nagħtu merħba u tislima lix-Xbieha tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu fil-knisja tagħna li se titlaq permezz ta’ pellegrinaġġ li jibda mill-knisja tal-Franġiskani wara l-quddiesa tas-7.00 pm.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm.
- Nhar il-Ġimgħa bħala egħluq tax-xahar ta’ Mejju, ix-xahar dedikat lil Marija Verġni, ser ngħidu r-Rużarju fi triq il-Liċeo kantuniera ma’ Triq Roger Debattista mal-ħajt tal-Liceo fis-6.00 pm. Inħeġġu n-nies tal-inħawi jingħaqdu magħna.
- Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se nagħmlu it-tieni Ġabra Speċjali b’risq il-Festa Parrokkjali.
- Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju se norganizzaw ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30pm. Biljetti mingħand il-helpers
- Nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju ċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa għall-Għawdex. Nitilqu fis-7am. Dettalji u biljetti mingħand il-helpers.
- Din il-ġimgħa spiċċajna t-tberik tal-familji. Filwaqt li nirringrazzjaw lill-familji li laqgħuna ninfurmaw lil dawk li ma kienux preżenti li jekk jixtiequ jbierku, jistgħu jagħmlu appuntament ieħor magħna. Ninfurmaw li-d-donazzjonijiet waqt it-tberik ammontaw għal €4,938 . Nirringrazzjawkom.
- Nixtiequ ninformawkom li l-ġimgħa d-dieħla se nibdew ix-xogħol tal-istallazzjoni tal-Air Conditioners fil-knisja li, jekk kollox jimxi kif ippjanat, nibdew nużawhom lejn nofs Ġunju.