Il-Ħadd, 24 ta’ Novembru 2019 – L-34 Ħadd matul is-Sena Ċ – Solennita’ ta’ Kristu Re tal-Ħolqien Kollu

Avviżi

  1.     Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re għada fil-5.00pm  Mons. Arċisqof se jmexxi korteo minn qudiem il-monument ta’ Kristu Re sal-Konkattidral ta’ San Ġwann, il-Belt fejn l-attivita’ tkompli bit-talba tal-Għasar u Barka Sagramentali. Kulħadd mistieden.
  2. Nhar il-Ħamis  se jsir pellegrinaġġ “Aux flambeaux” bir-replika tal-inkwatru tal-Madonna ta’ Pinu fil-5.30 pm mingħand il-Patrijiet Franġiskani sal-Parroċċa. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa kantata.  Il-pellegrinaġġ se jgħaddi minn Triq il-Franġiskani, Lord Byron, Barth, Ġużè Pace, u Manwel Magri. Inħeġġukom li tattendu. L-Inkwatru se jibqa’ għall-qima fil-knisja tagħna sal-Ħadd 1 ta’ Diċembru. 
  3.     Il-Ġimgħa se ssir katina ta’ rużarju fil-knisja bejn 8.45 am u 11.30 am.  Nħeġġu lil dawk li jistgħu jagħżlu ħin u jiġu jgħidu r-rużarju quddiem ix-xbieha tal-Madonna ta’ Pinu.
  4.     Nhar is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt ta’ l-Avvent. Fil-5.30 pm jingħad ir-rużarju u wara l-kurunella tal-Kunċizzjoni fis-6.10  pm jitkanta l-għasar u fis-6.30 pm quddiesa .
  5.      Nhar il-Ħadd, fl-okkażjoni tal-festa liturġika tal-Kunċizzjoni, se norganizzaw ikla familjari f’Nofsinhar. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers u mil-librerija u mill-uffiċċju parrokkjali sa nhar il-Erbgħa .
  6.     Nhar il-Erbgha 4 ta’ Diċembru fl-okkażjoni tan-novena tal-Kunċizzjoni c-Ċentru ta’ l-anzjani qed jorganizza  quddiesa għall-anzjani fit-8.15 am u wara taħdita fis-sala Dun Manwel.
  7.     Nitolbu għal ruħ Salvina Buhagiar  u Tony Mansueto li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Tags: No tags

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *