Avvizi
- Illejla: Fis-6.00 pm rużarju Fis-6.30pm Quddiesa Solenni. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Vitale, Triq Dun Edgar, Triq id-Duluri, Triq Maitland, Triq il-Ferrovija, Triq Indri Cilia, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Triq Kappillan Mifsud. Inħeġġu lil kulħadd biex tieħdu sehem fil-purċissjoni .
- Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għan-Novena bi preparazzjoni għall-Festa Titulari li se niċċelebraw fis-7 ta’ Lulju. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem ta’ dawk kollha li huma nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa kif ukoll Soċjetajiet Ċivili fil-Ħamrun. Wara l-Quddiesa jkun hemm Adorazzjoni Ewkaristika b’intenzjoni għall-ġid spiritwali tal-festa.
- Nhar il-Ħamis ukoll, se jkollna l-Carcade madwar it-toroq tal-Parroċċa. Fis-7.30 pm il-karrozzi jitilqu minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali fejn ikun hemm it-tberik tal-karozzi u tingħata tifkira.
- Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa tas-6.30 pm tkun b’suffraġju għall-parruċċani li mietu mill-Festa tas-sena l-oħra ’l hawn.
- Nhar is- Sibt sejrin nagħtu d-demm. Dawk kollha li għandhom bejn it-18 u s-67 sena u jixtiequ jiġu għandhom iġibu magħhom il-karta tal- identita. Nitilqu minn quddiem il-knisja fit-8.30 am.
- Is-Sibt, jkollna il-Ħruġ tal-Vara min-niċċa. Fis-5.45 pm. il-Kor Parrokkjali jesegwixxi għanjiet u jsir qari ta’ Poeziji fuq il-Madonna. Fis-6.30 pm. l-Istatwa tal-Madonna titqiegħed fil-post ta’ qima għall-ġranet tal-Festa. Għal din il-quddiesa qed jiġu mistiedna dawk il-parruċċani kollha li jisimhom għal Marija Immakulata. Jingħata wkoll il-mandat lir-reffiegħa.
- Nhar il-Ħadd: Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6 pm. rużarju meditat u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons Dun Joe Bajada bis-sehem tan-nanniet u romol.
- Infakkrukom fid-donazzjonijiet għall-fjuri friski fi żmien il-festa sabiex iġġibuhom jew fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Ghal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.
- Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju se jsir BBQ fil-pjazza Kappillan Mifsud organizzata mil-Grupp Armar b’risq il-Festa. Biljetti mingħand il-helpers.
- Infakkru li l-ġbir kollu li jsir is-Sibt u l-Ħadd li ġej imur għall-ispejjeż tal-festa. Nitlobkom tkunu ġenerużi.