Avvizi
- Nhar it-Tlieta lejliet il-Milied se ssir il-purċissjoni bil-bambin li tibda fis-6 pm mill-museum tas-subien, ta’ Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja ta’ San Gejtanu.
- It-Tlieta filgħaxija ikollna l-quddiesa tal-Vġili tal-Milied fis-6.30 pm. Fil-10.00 pm tibda l-Velja tal-Milied li tinkludi reċta mit-tfal, kant mill-Kor Parrokkjali u l-priedka tat-tifel. Fil-11 pm niċċelebraw is-Solennita’ tat-twelid ta’ Ġesu’ permezz ta’ Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. L-Erbgħa, Jum il-Milied, hemm l-obbligu tal-quddies li jkun bħal tal-Ħdud.
- Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar il-Ġimgħa l-Kummissjoni Djakonija se torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fil-Katekumenju wara l-knisja mhux Fra Diegu kif avżat fil-fuljett. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m fejn fiha ikun hemm il-priedka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
- Infakkru il dawk li għadhom ma ġabux l-envelopes ta’ l-Istrina għall-parroċċa sabiex iġibuhom il-knisja jew l-uffiċċju jew jimpostawhom.