Avvizi
- Illum, fil-quddiesa tad-9.30 m, se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-Parroċċa tagħna. Infakkrukom li l-Quddiesa tal-ħdax se toħroġ fil-11.15 a.m
- Minn nhar it-Tnejn nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika bi tħejjija għall-Festa ta’ Corpus Christi li se niċċelebraw il-Ħadd li ġej . Nhar it-Tnejn wara l-quddiesa tas-6.30 p.m ikollna laqgħa ta’ formazzjoni dwar l-Ewkaristija. Imexxi Mons. Dun Hector Scerri.
- Nhar It-Tlieta se jkun hawn katina ta’ adorazzjoni fil-kappella. Min jixtieq jista’ jniżżel ismu fuq il-kartonċina li hemm fejn il-Qalb ta’ Ġesu’.
- Nhar l-Erbgħa wara l-Quddiesa tas-6.30 pm se jkun hawn it-talba ta’ l-Għasar u adorazzjoni mill-Aħwa tal-Mixja Neo Katekumenali.
- Nhar Il-Ħamis se ssir adorazzjoni fil-beraħ fi Pjazza Oreste Chircop fi Triq Alexander bejn il-5.30 pm – 8.00 pm bis-sehem tat-tfal tal-Museum, abbatini u lajci. Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għal ftit ħin .
- Il-Ġimgħa: fis-7 pm adorazzjoni mmexxija mill-Ministri tat-tqarbin.
- Is-Sibt : Fis-6.10 pm għasar u fis-6.30 pm il-Quddiesa. Bejn id-9.00 pm u l-10 pm ikun hemm Adorazzjoni komunitarja animata mill-Kummissjoni Liturġija. Fejn il- Qalb ta’ Ġesu’ ukoll hemm karti apposta biex min irid jagħmel talba lil Ġesu Ewkaristija jiktibha u jġibha miegħu f’din l-adorazzjoni. Min ma jistax jattendi jitfagħha fil-kaxxa apposta li hemm fejn il-Madonna. Dawn ukoll se jitpoġġew quddiem Ġesu Sagramentat waqt din l-adorazzjoni.
- Il-Ħadd: Fis-6.30 pm Quddiesa. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Vitale, Dun Edgar , Duluri, Maitland, Ferrovija, Indri Cilia, Fatati, Pjazza Kapp. Muscat, Kapp Mifsud. Wara tingħata l-barka sagramentali fil-knisja parrokkjali. Inħeġġu lil kulħadd biex tieħdu sehem f’din il-purċissjoni li hija wirja pubblika tal-qima tagħna lejn Ġesù Ewkaristija.
- Nhar it-Tlieta se norganizzaw attivita’ soċjali f’ Birżebbuġa. Tluq fis-1.30 pm.
- Bħala Fundraising għall-Festa Parrokkjali se norganizzaw Ftira/tombla Night nhar il-Ġimgħa fis-7.30 pm. Biljetti mingħand il-helpers.
- Fil-Festa l-knisja tagħna inżejjnuha bil-fjuri friski. Nistiednu lil dawk li jixtiequ jgħinu billi jagħtu d-donazzjonijiet fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.
- Nitolbu għal ruħ Emma Micallef, Ġużeppi Cassar, Anthony Attard Portughese u Maurice Steer, li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
- Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lill-missirijiet kollha. Wara l-quddiesa nistiednu lill-missirijiet u l-irġiel miżżewġa sabiex jersqu lejn l-artal ħa tingħatalhom tifkira.