Avviżi
- Illum l-abbatini tal-parroċċa qed jorganizzaw fund raising day fejn il-knisja. Inħeġġukom sabiex tgħinuhom. Dawk it-tfal subien u bniet li jixtiequ jidħlu abbatini sabiex jagħtu servizz fuq l-artal għandhom ikellmu lill-Kappillan.
- Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m, fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel, ser issir laqgħa minn koperatur tal-Museum għal kulħadd.
- Nhar It-Tlieta se ssir adorazzjoni fil-kappella tal-Adorazzjoni mill-Grupp Talb San Franġisk fis-7 pm.
- Nhar il-Ħamis fil-quddiesa tas-6.30 pm ikun hawn it-tesserament tal-membri tal-Azzjoni Kattolika. Wara issir l-Adorazzjoni .
- Il-ġbir kollu li ser isir fil-quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd li ġej se jmur għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.
- Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru c-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa bil-quddiesa għall-Kappella tal-Providenza u wara nżuru il-Falkunerija fis-Siġġiewi. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien hemmhekk. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru se tasal fil-parroċċa tagħna ir-replika tal-inkwatru tal-Madonna ta’ Pinu . Għalhekk dak inhar ser isir pellegrinaġġ “Aux flambeaux” mingħand il-Patrijiet Franġiskani sal-Parroċċa fil-5.30 pm. Fis-6.30 pm issir quddiesa. Il-pellegrinaġġ se jgħaddi minn Triq il-Franġiskani, Lord Byron, Barth, Ġużè Pace, u Manwel Magri.
- Nitolbu għal ruħ Carmen Spiteri u Tarcisio Darmanin li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.