Il-Ħadd 1 ta’ Lulju 2018 Festa Titulari Immakulata Kunċizzjoni

1. Illum Jum il-Festa. Inħeġġukom biex tattendu għall-quddiesa tal-Festa li tkun fit-8.30 a.m., immexxija minn Mons. Hector Scerri. Dak inhar, il-quddiesa tad- 9.30 am ma ssirx. L-aħħar quddiesa tkun fil-11.00 am.

2. Filgħaxija, l-quddiesa tibda’ fis-6.00 p.m. Fis-7.00 p.m. toħroġ il-Purċissjoni, li tkun immexxija minn Mons. Hector Scerri. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista’ sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala komunita’. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.

3. Nhar it-Tnejn, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organiżżazzjoni tal-Festa Parrokkjali.

4. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa ta’ filgħaxija.

5. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa , in-Nigret , ir-Rabat fid-9.00 pm. Ikollna t-trasport li jitlaq minn fejn il-knisja fit-8.15 pm.

6. L-Azzjoni Kattolika tavża li fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Mikiel tal-Qaddisin kollha, patrun tal-marda bil-kanċer ser isir quddiesa u talb nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Pawl il-Belt. Fis-5.45 pm jitlaq pellegrinaġġ minn fejn kastilja sal-Knisja ta’ San Pawl. Il-pubbliku huwa mistieden.

7. Nhar it-Tlieta se ssir ħarġa għal Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.

Il-Ħadd 24 ta’ Ġunju Solennita’ twelid ta’ San Ġwann Battista

Ikompli l-Programm tal-Festa Titulari:

1. Illum: Jum il-Familja. Fis-6.00 pm rużarju meditat . Fis-6.30 pm toħroġ quddiesa mmexxija minn Mons. Joe Bajada. Huma mistiedna dawk kollha li għandhom l-anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll dawk li kellhom tarbija matul din is-sena biex jippreżentawha lill-Madonna.

2. Nhar it-Tnejn hu Jum it-tfal u l-abbatini. Fis-6.00 pm it-tfal jiltaqgħu ħdejn il-Muzew tas-subien minn fejn jagħmlu ċelebrazzjoni bis-sehem tal-Iscouts sal-Knisja. Fis-6.30 pm jkollna l-quddiesa mmexxija minn Patri Christoper Farrugia OFM. Wara t-tfal jingħataw tifkira u ġelat.

3. Nhar it-Tlieta: Jum l-Anzjani u l-morda. Fis-6 pm jingħad ir-rużarju meditat  u wara jmexxi il-quddiesa Patri Maurice Abela O. Carm Kappillan ta’ Santa Venera. Mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma. Wara jkun hemm bibita fil-bitħa tad-dar ta’ Fra Diegu.

4. Nhar il-Erbgħa hu Jum il-Komunità u l-Ewwel Jum ta’ Tridu. Fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija minn Monsinjur Profs Hector Scerri f’għeluq il-25 sena mis-saċerdozju tiegħu. Nistiednu b’mod speċjali lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu sehemhom b’xi mod fil-parroċċa, kif ukoll lill-membri tal-għaqdiet u movimenti. Wara l- quddiesa fil-jiem tat-tridu nagħlqu bil-Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Il-ġabra tal-quddies ta’ filgħaxija tmur għad-Dar tal-Kleru.

5. Nhar Il-Ħamis,: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU – Jum il-Vokazzjonijiet. 6.00 p.m. Rużarju meditat. Fis-6.30p.m. quddiesa immexxija minn Mons Dun Ġużepp Mifsud Bonnici.

6. Nhar il-Ħamis ukoll, fit-8.30 p.m. se jsir Kunċert Mużikali fil-Pjazza Kappillan Muscat. Din se tkun imtellgħa mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni. Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa. Kulħadd huwa mistieden.

7. Nhar il-Ġimgħa : Festa ta’ San Pietru u San Pawl huwa Jum in-Nanniet u r-romol fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa mill-W. R. Patri Vince Micallef OP Kappillan tal-Parroċċa ta’ G’Mangia bis-sehem tan-nanniet u r-romol tal-parroċċa.

8. Is-Sibt, Lejliet il-Festa. Fit-8.15 am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.00 p.m. Translazzjoni bir-relikwija li se toħroġ mill-Katekumenju u tgħaddi minn Triq Pawlu Burlo’ , Triq id-Duluri, Triq Indri Cilia ,Triq il-Kunċizzjoni, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq Kappillan Mifsud. Fis-6.30 p.m quddiesa bit-talba tal-Għasar. Imexxi Patri Elmar Pace OFM Cap.

9. Il-Ħadd, Jum il-Festa. Inħeġġukom biex tattendu għall-quddiesa tal-Festa li tkun fit-8.30 a.m., immexxija minn Mons. Hector Scerri. Dak inhar, il-quddiesa tad-9.30 am ma ssirx. L-aħħar quddiesa tkun fil-11.00 am.

10. Filgħaxija, l-quddiesa tibda fis-6.00 p.m. Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni, li tkun imexxija minn Mons. Hector Scerri u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo, Duluri, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Triq Vinċenzo Bugeja, Adelaide Cini, Lord Byron, Franġiskani, Mons De Piro u Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi ipparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista’ sabiex jinagħqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala komunita’. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.

11. Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.

12. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li bagħtu l-envelopes bil-kontribuzzjoni għall-festa, infakkru lil dawk li għadhom ma bagħatuhx sabiex iġibuh fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

13. Infakkru li kulhadd jista’ jagħtu donazzjoni ghall-fjuri li tista’ tasal fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.

14. Nitolbu għal ruħ Maria Micallef u Nazzareno Azzopardi li mietu matul din il-ġimgha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 17 ta’ Ġunju 2018 – il-Ħdax-il Ħadd matul is-sena B

1. Nhar l-Erbgħa wara l-quddiesa tat-8.15 am ikun hawn il-laqgħa tas-social club tal-anzjani fis-sala Dun Manwel.

2. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għan-Novena bi preparazzjoni għall-Festa Titulari li se niċċelebraw fl-1 ta’ Lulju. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem ta’ dawk kollha li huma nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa kif ukoll Soċjetajiet Ċivili fil-Ħamrun. Wara l-Quddiesa jkun hawn Adorazzjoni b’intenzjoni għall-ġid spiritwali tal-festa.

3. Nhar il-Ħamis ukoll, se jkollna l-Carcade madwar it-toroq tal-Parroċċa. Fis-7.30 pm isir it-tberik tal-karozzi u tingħata tifkira. Il-Carcade tkompli mat-toroq tal-parroċċa.

4. Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa tas-6.30 pm tkun b’suffraġju għall-membri tal-parroċċa li mietu mill-Festa tas-sena l-oħra ’l hawn.

5. Nhar is-Sibt sejrin nagħtu d-demm. Dawk kollha li għandhom bejn it-18 u s-67 sena u jixtiequ jiġu għandhom iġibu magħhom il-karta tal-identita’. Nitilqu minn quddiem il-knisja fit-8.30 am.

6. Is-Sibt ikollna l-Ħruġ tal-Vara min-niċċa. Fis-5.45 p.m. il-Kor Parrokkjali jesegwixxi għanjiet u jsir qari ta’ Poeżiji fuq il-Madonna. Fis-6.30 pm. l-Istatwa tal-Madonna titqiegħed fil-post ta’ qima għall-ġranet tal-Festa. Għal din il-quddiesa qed jiġu mistiedna dawk il-membri tal-parroċċa kollha li huma msemmija għal Marija Immakulata.

7. Nhar il-Ħadd: Jum il-Familja. Huma mistiedna dawk kollha li għandhom l-anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll dawk li kellhom tarbija matul din is-sena biex jippreżentawha lill-Madonna.

8. Bi tradizzjoni fil-jiem tal-Festa l-knisja tagħna inżejjnuha bil-fjuri friski. Nistiednu lil dawk li jixtiequ jgħinu billi jagħtu donazzjoni lill-Kappillan fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.

9. Nhar il-Ħadd 24 ta’ Ġunju se jsir bbq fil-pjazza Kappillan Mifsud organizzata mil-Grupp Armar b’risq il-Festa. Biljetti mingħand il-helpers.

10. Nhar it-Tlieta se ssir ħarġa għall-Birżebbuġa . Tluq fis-1.30 pm.

11. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lill-missirijiet kollha. Wara l-quddiesa nistiednu lill-missirijiet u l-irġiel miżżewġa sabiex jersqu lejn l-artal ħa tingħatalhom tifkira.

12.  Fis-Sala Dun Manwel qed tittella’ wirja ta’ pittura reliġjuża. Kulħadd huwa mistieden.

13. Infakkru li l-ġbir kollu li jsir is-Sibt u l-Ħadd li ġej imur għall-ispejjeż tal-festa. Nitlobkom tkunu ġenerużi.

Il-Ħadd 10 ta’ Ġunju 2018 – L-10 Ħadd matul is-sena – Sena B

1. Għada t-Tnejn se jkun hawn laqgħa fiċ-Ċentru ta’ l-irġiel immexxija mill-kooperaturi tal-Museum fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden.

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

3. Il-Ġimgħa fis-7.00 pm, il-Komunita’ Ġesu Salvatur, se tmexxi ċ-ċelebrazzjoni imsejjħa Rhema li fiha jsir talb ta’ tifħir, talb ta’ interċessjoni u talb għall-fejqan.

4. Minn għada t-Tnejn se tibda’ Ġimgħa ta’ Tagħlim organizzata mill-Museum tas-Subien. Din se ssir fil-Katekumenju wara l-Knisja tal-Kunċizzjoni, fis-7.00 pm. Kulħadd Mistieden.

5. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Pjazza Kappillan Muscat.

6. Nhar s-Sibt ser issir ikla Maltija b’risq il-Festa. Biljetti mingħand il-helpers jew mill-uffiċċju parrokkjali.

7. Bi tradizzjoni fil-jiem tal-Festa l-knisja tagħna inżejnuha bil-fjuri friski. Nistiednu lil dawk li jixtiequ jgħinu billi jagħtu donazzjoni lill-Kappillan fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Ghal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett fejn il-bieb tal-Knisja.

8. Nitolbu għal ruħ Emanuela Ħaber li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2018 – Solennita’ ta’ Corpus Christi

1. Illejla fis-6.00 pm rużarju. Fis-6.30 pm Quddiesa Konċelebrata. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Triq Ġuże’ Pace, Triq Pace Forno, Triq Kanonku Bonnici, Triq Kappillan Mifsud. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem fil-purċissjoni.

2. Nhar il-Ġimgħa, festa tal-Qalb ta’ Ġesu se ssir adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm.

3. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Kappillan Mifsud.

4. Nhar it-Tlieta se norganizzaw ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30 pm.

5. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja ta’ Milt, il-Mosta fid-9.00 pm. Ikollna it-trasport fit-8.15 pm.

6. Bejn il-11 u l-15 ta’ Ġunju se ssir Ġimgħa ta’  Tagħlim organizzata mill-Museum tas-Subien. Din se ssir fil-Katekumenju wara l-Knisja, fis-7.00 pm. Kulħadd Mistieden.

Il-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018 – Solennita’ Trinita’ Qaddisa

1. Illum, fil-quddiesa tad-9.30 am, se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-Parroċċa tagħna. Infakkrukom li l-Quddiesa tal-11.00 am se toħroġ fil-11.15 am.

2. Minn nhar it-Tnejn nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika bi tħejjija għall-Festa ta’ Corpus Christi li se niċċelebraw il-Ħadd li ġej . Nhar it-Tnejn se huwa t-30 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja u ser infakkru dan l-anniversarju b’quddiesa kantata fis-6.30 pm.

3. Nhar it-Tlieta se jkun hawn katina ta’ adorazzjoni fil-kappella. Min jixtieq jista’ jniżżel ismu fil-lista ta’ persuni li sejrin jieħdu sehem fl-adorazzjoni fil-Kappella. Fis- 7.00 pm se jkun hemm taħdita fuq l-Ewkaristija fl-Arti fis-sala Dun Manwel.

4. Nhar l-Erbgħa wara l-Quddiesa tas-6.30 pm se jkun hawn adorazzjoni mill-Grupp Neo-Katekumenali. Għal ħabta tas-7.30 pm se nagħtu merħba u tislima lix-Xbieha tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu fil-knisja tagħna li se titlaq f’pellegrinaġġ mill-knisja tal-Patrijiet Franġiskani wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

5. Nhar Il-Ħamis se ssir adorazzjoni fil-beraħ fi Pjazza Oreste Chircop fi Triq Alexander bejn il-5.30 pm sat 8 pm bis-sehem tat-tfal tal-Museum, abbatini u lajci. Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għal ftit ħin.

6. Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju fis-7 .00 pm Adorazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-Ministri Straordinarji tat-tqarbin.

7. Is-Sibt 2 ta’ Ġunju: Rużarju fis-5.45 pm, fis-6.10 Ċelebrazzjoni tal-Għasar Kantat u fis-6.30 pm Quddiesa.Bejn id-9.00 pm u l-10 pm ikun hawn Adorazzjoni komunitarja animata mill-Kummissjoni Liturġija. Fejn il-Madonna ukoll hemm karti apposta biex min irid jagħmel talba lil Ġesu’ Ewkaristija, jiktibha u jġibha miegħu f’din l-adorazzjoni. Min ma jistax jattendi jitfagħha fil-kaxxa apposta li hemm fejn il-Madonna. Dawn ukoll se jitpoġġew quddiem Ġesu Sagramentat waqt din l-adorazzjoni.

8. Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju: Rużarju fis-5.45 pm, fis-6.10 Ċelebrazzjoni tal-Għasar Kantat u fis-6.30 pm Quddiesa. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Ġuze’ Pace, Triq Fra Gaetano Pace Forno, Triq Kanonku Bonnici u Triq Kappillan Mifsud. Wara tingħata il-barka sagramentali fil-knisja parrokkjali. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem f’din il-purċissjoni li hija wirja pubblika tal-qima tagħna lejn Ġesù Ewkaristija.

9. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Kanonku Bonnici.

10. Nhar it-Tlieta 5 ta’ Ġunju se norganizzaw attivita’ soċjali f’ Birzebbuġa. Tluq fis-1.30 pm.

11. Nixtiequ ninfurmawkom illi bħalissa qed nagħmlu membrane ġdida fuq is-saqaf tal-Knisja li se tiswa €6,420 filwaqt li dan il-weekend ġew installati numru ta’ fannijiet ġodda li qamu €532. Kull donazzjoni għal dawn l-ispejjeż tkun apprezzata.

12. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se nagħmlu it-tieni Ġabra Speċjali b’risq il-Festa Parrokkjali.

13.  Nitolbu għal ruħ Antonia Taliana li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 20 ta’ Mejju 2018 – Għid il-Ħamsin Sena B

1. Nhar il-Ħadd li ġej se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-Parroċċa. Din il-ġimgħa se ssir tħejjija b’dawn l-attivitajiet:

Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm se jsir is-seminar għall-ġenituri u tfal;

Il-Ħamis se jkun hawn il-qrar għat-tfal fil-5.00 pm fil-knisja parrokkjali.

Il-Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn il-prova tal-Ewwel Tqarbina.

Is-Sibt mill-5.30 pm sas-7.00 pm ikun hawn il-qrar għall-ġenituri.

Il-Ħadd Jum il-Preċett: Minħabba li l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina iddum xi ftit iżjed mis-soltu, il-quddiesa ta’ wara toħroġ fil-11.15 am (minflok fil-11.00 am).

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm fil-Knisja.

3. Fl-okkażjoni tal-festa tal-Pentecoste, nhar il-Ħamis se jsir servizz Ekumeniku bl-Ingliż fil-knisja Anglikana tat-Trinita’, tas-Sliema fis-6.30 pm sabiex nitolbu għall-għaqda fost l-Insara. Kulħadd huwa mistieden.

4. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Joe Sciberras u Turu Lentini.

5. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.

Il-Ħadd 13 ta’ Mejju – Tlugħ is-Sema tal-Mulej Sena B

1. Għada t-Tnejn se jkun hemm laqgħa fiċ-Ċentru, immexxija mill-kooperaturi tal-Museum fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden.

2. Matul din il-Ġimgħa, bħala tħejjija għall-Festa tal-Pentecoste, li se niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej, kuljum fil-quddies, se jkollna ħsibijiet fuq siltiet mill-Innu: Veni Creator Spiritus.

3. Nhar il-Ħamis se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-5.30 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

4. Nhar il-Ħamis ukoll ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm fil-Knisja.

5. Fl-okkażjoni tal-Mother’s Day ser isir ħarġa ta’ ġurnata nhar l-Erbgħa. Biljetti mingħand il-helpers. It-tluq ikun fid-8.45 am.

6. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Indri Cilia.

7. Nitolbu għal ruħ Connie Bonello Bianco u Pauline Galdes li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

8. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm nagħtu l-awguri lill-ommijiet kollha. Nistiednu lill-ommijiet li hawn preżenti biex wara l-quddiesa jitilgħu biex jieħdu tifkira tal-okkażjoni.

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju – Is-Sitt Ħadd tal-Għid Sena B

1. Nhar it-Tlieta hija l-Festa tal-Madonna ta’ Pompei. Fil-11.00 am se jingħad ir-ruzarju, fil-11.30am se jkun hawn Quddiesa u wara tingħad it-talba is-Supplika. Infakkru lil dawk li sejrin il-pellegrinaġġ ġewwa Marsaxlokk li t-trasport jitlaq fil-5 pm minn fejn il-knisja.
2. Nhar il-Ħamis, l-għada tal-festa ta’ San Ġorg Preca, il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun bis-sehem tat-tfal tal-Museum u wara jsir il-bews tar-relikwija ta’ San Ġorġ.
3. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja Parrokkjali tal-Gudja fid-9.00 pm. Ikollna it-trasport li jitlaq minn fejn il-knisja fit-8.15 pm
4. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fit-Toroq Ġwann Mamo u Snajja.
5. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
6. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm ser isir ħarġa ta’ ġurnata nhar il-Erbgħa 16 ta’ Mejju. Biljetti mingħand il-helpers. It-tluq ikun fid-8.45 am.
7. Din il-ġimgha temmejna t-tberik tal-familji. Filwaqt li nirringrazzjaw lil-familji li laqgħuna ninfurmaw lil dawk li ma kienux preżenti u li jixtiequ jbierku, sabiex jagħmlu appuntament ieħor magħna. Ninfurmaw li d-donazzjonijiet waqt it-tberik ammontaw għal €4,900. Nirringrazzjawkom.

Il-Ħadd 22 t’April 2018 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid Sena B

1. It-tberik tal-Familji:

It-Tnejn: Triq l-Orsolini

It-Tlieta: Triq Mimosa,

L-Erbgħa: Triq Joe Sciberras,

Il-Ġimgħa: Triq Danny Cremona u Triq Turu Lentini.

2. Nhar it-Tnejn se ssir laqgħa ta’ tagħlim fuq l-Ewkaristija fis-7 pm fis-Sala Dun Manwel. Mistieden kulħadd, speċjalment dawk li jattendu l-kappella tal-adorazzjoni.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Ser issir ġimgħa ta’ Tagħlim mit-Tnejn sal-Ġimgħa, miftuħa għal kulħadd fil-Museum tal-Bniet ta’ Triq Villambrosa, fis-7.15 pm.

5. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Ġuże’ Maria Camilleri.

6. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.

7. Kif qed taraw ħriġna l-istatwa tal-Madonna bi preparazzjoni għax xahar ta’ Mejju.  Quddiemha poġġejna formoli sabiex dawk li jixtiequ, jiktbu talba lill-Madonna. Din it-talba tistgħu titfugħha fil-kaxxa li hemm quddiemha. Persuna mill-parroċċa li sejra Lourdes se tieħu dawn l-intenzjonijiet u se tippreżenthom fil-Grotta ta’ Lourdes fit-8 ta’ Mejju.

8. Il-ġabra speċjali għall-Karita’ li għamilna ġimgħa ilu telgħet €678. Nirringrazzjaw lil kulħadd.

9. Nitolbu għal Tony Mifsud li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

10. L-Isqfijiet Maltin Charles Scicluna u Mario Grech qed jistednuna sabiex ningħaqdu magħhom għal Mixja favur il-ħajja li se ssir għada l-Hadd fl-4.00 pm u li se tibda minn quddiem Kastilja u tkompli lejn il-Parlament.