Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2019 – It-Trinita’ Qaddisa

Avvizi

  1. Illum, fil-quddiesa tad-9.30 m, se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-Parroċċa tagħna. Infakkrukom li l-Quddiesa tal-ħdax se toħroġ fil-11.15 a.m
  2. Minn nhar it-Tnejn nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika bi tħejjija għall-Festa ta’ Corpus Christi li se niċċelebraw il-Ħadd li ġej .  Nhar it-Tnejn wara l-quddiesa tas-6.30 p.m ikollna laqgħa ta’ formazzjoni dwar l-Ewkaristija. Imexxi Mons. Dun Hector Scerri.
  3. Nhar It-Tlieta  se jkun hawn katina ta’ adorazzjoni fil-kappella. Min jixtieq jista’ jniżżel ismu fuq il-kartonċina li hemm fejn il-Qalb ta’ Ġesu’. 
  4. Nhar l-Erbgħa  wara l-Quddiesa tas-6.30 pm se jkun hawn it-talba ta’ l-Għasar u adorazzjoni mill-Aħwa tal-Mixja Neo Katekumenali.
  5. Nhar Il-Ħamis se ssir adorazzjoni fil-beraħ fi Pjazza Oreste Chircop fi Triq Alexander bejn il-5.30 pm – 8.00 pm bis-sehem tat-tfal tal-Museum, abbatini u lajci. Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għal ftit ħin .
  6. Il-Ġimgħa: fis-7 pm adorazzjoni mmexxija mill-Ministri tat-tqarbin.
  7.  Is-Sibt : Fis-6.10 pm għasar u fis-6.30 pm il-Quddiesa.  Bejn id-9.00 pm u l-10 pm ikun hemm Adorazzjoni komunitarja animata mill-Kummissjoni Liturġija. Fejn il- Qalb ta’ Ġesu’ ukoll hemm karti apposta biex min irid jagħmel talba lil Ġesu Ewkaristija jiktibha u jġibha miegħu f’din  l-adorazzjoni. Min ma jistax jattendi jitfagħha fil-kaxxa apposta li hemm fejn il-Madonna. Dawn ukoll se jitpoġġew quddiem Ġesu Sagramentat waqt din l-adorazzjoni. 
  8. Il-Ħadd: Fis-6.30 pm  Quddiesa. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Vitale, Dun Edgar , Duluri, Maitland, Ferrovija, Indri Cilia, Fatati, Pjazza Kapp. Muscat, Kapp Mifsud.  Wara tingħata l-barka sagramentali fil-knisja parrokkjali.  Inħeġġu lil kulħadd biex tieħdu sehem f’din il-purċissjoni li hija wirja pubblika tal-qima tagħna lejn Ġesù Ewkaristija.
  9. Nhar it-Tlieta se norganizzaw attivita’ soċjali f’ Birżebbuġa. Tluq fis-1.30 pm.
  10. Bħala Fundraising għall-Festa Parrokkjali se norganizzaw Ftira/tombla  Night nhar il-Ġimgħa fis-7.30 pm. Biljetti mingħand il-helpers.
  11. Fil-Festa l-knisja tagħna inżejjnuha bil-fjuri friski. Nistiednu lil dawk li jixtiequ jgħinu billi jagħtu d-donazzjonijiet fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.
  12. Nitolbu għal ruħ Emma Micallef, Ġużeppi Cassar, Anthony Attard Portughese u   Maurice  Steer, li mietu matul dawn il-ġranet.  Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
  13. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lill-missirijiet kollha. Wara l-quddiesa nistiednu lill-missirijiet u l-irġiel miżżewġa  sabiex jersqu lejn  l-artal ħa tingħatalhom tifkira.

Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2019 Għid il-Ħamsin – Il-Pentekoste

Avvizi

  1. Nhar il-Ħadd li ġej se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-Parroċċa tagħna. Għalhekk nhar it-Tnejn fis-7pm se ssir laqgħa għall-ġenituri u tfal fis-sala Parrokkjali. Nhar il-Ħamis se jkun hawn il-qrar għat–tfal fil-5:00 pm fil-knisja parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn il-prova tal-Ewwel Tqarbina. Is-Sibt mill-5.30 pm sas 7:00 pm ikun hemm il-possibilta’ tal-qrar għall-ġenituri. Minħabba li l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina, li tkun fid-9.30 am, iddum xi ftit iżjed mis-soltu, il-quddiesa tal-ħdax ta’ nhar il-Ħadd toħroġ fil-11.15 am.
  2. Nhar it-Tnejn ukoll ikun hawn laqgħa mill-koperaturi tal-Museum fiċ-Ċentru ta’ l-irġiel fis-7:00 pm. Kulħadd huwa mistieden.
  3. Nhar il-Ħamis   ikun hawn l-Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp Ħniena Divina  wara l-quddiesa tas-6.30 pm fil-Knisja.
  4. Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentecoste nhar il-ġimgha fis-6.30 pm fit-teatru tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara  se jsir servizz Ekumeniku li għalih kulħadd huwa mistieden.
  5. Bħala Fundraising għall-Festa Parrokkjali se norganizzaw Pizza Night nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju fis-7.30 pm. Biljetti mingħand il-helpers.

Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2019 – Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Avviżi

  1. Matul din il-Ġimgħa, bħala tħejjija għall-Festa ta’ Għid il-Ħamsin, li se niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej, kuljum fil-quddies, se jkollna ħsibijiet fuq siltiet mill-Innu lill-Ispirtu s-Santu – Veni Creator.
  2. Nhar it-Tlieta se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7 pm fis-sala Dun Manwel.
  3. Nhar it-Tlieta se norganizzaw ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30 pm.
  4. Nhar l-Erbgħa bi preparazzjoni għall-Festa ta’ Għid il-Ħamsin ser issir adorazzjoni fil-kappella mill-Grupp San Franġisk fis-6.45 pm.
  5. Nhar il-Ħamis, iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa għall-Għawdex. Nitilqu fis-7 am .  Dettalji u biljetti mingħand il-helpers.
  6. Nhar il-Ġimgha hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Peress li hija festa pubblika ma jkunx hawn adorazzjoni. Għalhekk inħeġġukom li tattendu l-adorazzjoni li ser issir nhar l-Erbgħa fil-kappella.
  7. Nitolbu għar-ruħ Jane Borg, Hilda Borg u Kevin Sciberras li mietu matul dawn il-ġranet.  Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2019 – Is-Sitt Ħadd tal-Għid

AVVIŻI 

  1. Nhar it-Tlieta  huwa l–31 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja, għalhekk ser nfakkru dan l-anniversarju fil-quddiesa fis-6.30 pm.
  2. Nhar l-Erbgħa  għal ħabta tas-8.00 pm se nagħtu merħba u tislima  lix-Xbieha tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu fil-knisja tagħna li se titlaq permezz ta’ pellegrinaġġ li jibda mill-knisja tal-Franġiskani wara l-quddiesa tas-7.00 pm.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Nhar il-Ġimgħa bħala egħluq tax-xahar ta’ Mejju, ix-xahar dedikat lil Marija Verġni,  ser  ngħidu r-Rużarju fi triq il-Liċeo kantuniera ma’ Triq Roger Debattista mal-ħajt tal-Liceo fis-6.00 pm. Inħeġġu n-nies tal-inħawi jingħaqdu magħna.
  5. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se nagħmlu it-tieni Ġabra Speċjali b’risq il-Festa Parrokkjali.
  6. Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju se norganizzaw ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30pm. Biljetti mingħand il-helpers
  7. Nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju ċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa għall-Għawdex. Nitilqu fis-7am.  Dettalji u biljetti mingħand il-helpers.
  8. Din il-ġimgħa spiċċajna t-tberik tal-familji. Filwaqt li nirringrazzjaw lill-familji li laqgħuna ninfurmaw lil dawk li ma kienux preżenti li jekk jixtiequ jbierku, jistgħu jagħmlu appuntament ieħor magħna. Ninfurmaw li-d-donazzjonijiet waqt it-tberik ammontaw għal €4,938 . Nirringrazzjawkom.
  9. Nixtiequ ninformawkom li l-ġimgħa d-dieħla se nibdew ix-xogħol tal-istallazzjoni tal-Air Conditioners fil-knisja li, jekk kollox jimxi kif ippjanat, nibdew nużawhom lejn nofs Ġunju.

Il-Ħadd 19 ta’ Mejju 2019 – Il-Ħames Ħadd tal-Għid

AVVIŻI 

  1. Nhar it-Tnejn inkomplu t-tberik tal-Familji. It-Tberik jibda fl-4.30pm: It-Tnejn: Triq Alexander, Muscat Azzopardi, u Schembri. It-Tlieta: Triq Barth u Annunzjata , L-Erbgħa: Triq Santa Venera u Kunzar. Il-Ġimgħa: Triq Maitland.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddies tas-6.30 pm.
  3. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Salvu Demanuele u Philomena Pace li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 12 ta’ Mejju 2019 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid

AVVIŻI 

  1. Tberik tal-Familji: It-Tnejn: Triq Mimosa. It-Tlieta: Triq l-Orsolini , L-Erbgħa: Triq Joe Sciberras. Il-Ġimgħa: Triq Danny Cremona u Triq Turu Lentini . Tberik jibda fl-4.30 pm
  2. Nhar it-Tnejn ukoll ikun hawn laqgħa mill-kooperaturi tal-Museum fiċ-Ċentru ta’ l-irġiel fis-7:00 pm. Kulħadd huwa mistieden
  3. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Mejju ser isir Buffet Breakfast organizzat miċ-Ċentru tal-anzjani.  Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  5. Nhar il-Hadd li ġej il-Knisja tiċċelebra  Jum il-Karita’ għalhekk il-ġbir tal-quddies tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu se jmur biex ngħinu s-servizzi tal-karita’ tal-Knisja, kif ukoll se jkun hemm qfief fejn il-bieb ta’ barra għal donazzjonijiet ta’ affarijiet tal-ikel għad-Djar tat-tfal.  
  6. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm nagħtu l-awguri lill-ommijiet kollha. Nistiednu lill-ommijiet li hawn preżenti biex wara l-quddiesa jitilgħu jieħdu tifkira tal-okkażjoni.
  7. Nitolbu għal ruħ Ludgarda Dalli li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd, 5 ta’ Mejju 2019 – It-Tielet Ħadd tal-Għid

                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                      

AVVIŻI 

  1. Nhar it-Tnejn ikompli t-tberik tal-Familji: It-Tnejn: Triq Oscar Zammit u Triq it-Tramm. It-Tlieta: Triq il-Kappillan Mifsud.  L-Erbgħa: Triq il-Liċew, Triq Wenzu Mallia u Triq il-Fatati    Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu: Triq id-Duluri (il-parti bejn Triq Indri Cilia sa Villambrosa). Il-Ġimgħa filgħaxija: Triq il-Kappillan Valletta u Triq Qrejten
  2. Nhar  l-Erbgħa hija l-Festa tal-Madonna ta’ Pompei. Fil-11.00 am se jingħad ir-rużarju, fil-11.30 am  se jkun hawn Quddiesa u wara tingħad it-talba tas-Supplika lil Madonna.
  3. Nhar il-Ħamis hija l-Festa ta’ San Ġorġ Preca. Fis-6.30 pm quddiesa animata mill-Museum Subien u Bniet. L-adorazzjoni tal-Ħniena Divina se ssir fil-kappella tas-Sagrament.
  4. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  5. Nhar is-Sibt se jsir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk. Ikun hemm quddiesa  fid-9.00 pm u wara adorazzjoni.
  6. Nhar il-Ġimgħa fis-7.30 pm fis-Sala Parrokkjali se tiġi organizzata Wine & Pizza b’risq il-Festa Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

Il-Ħadd 28 t’April 2019 – It-Tieni Ħadd tal-Għid – Festa tal-Ħniena Divina


AVVIŻI 

  1. Nhar it-Tnejn inkomplu t-tberik tal-Familji: It-Tnejn: Triq Misraħ il-Barrieri It-Tlieta:Triq Ċensu Bugeja.      Il-Ħamis fid-9.00am filgħodu: Triq id-Duluri (il-parti bejn triq Manwel Magri u Triq Indri Cilia). Il-Ġimgħa filgħaxija: Triq Ġwann Mamo, Triq is-Snajja u Triq Roger Debattista.
  2. Infakkru li x-xahar ta’ Mejju, hu ddedikat lill-Madonna u għalhekk inħeġġukom biex tgħidu ir-rużarju kuljum  flimkien mal-familji tagħkom. Fil-Knisja Parrokkjali matul dan ix-xahar se jingħad rużarju meditat fis-6 ta’ filgħaxija. Nhar ta’ Sibt u Ħadd ma jingħadx peress li nagħmlu l-Via Lucis.
  3. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Wasal Kliem il-Ħajja. Nitolbu d-distributuri biex jiġbruhom mill-uffiċċju parrokkjali it-Tnejn filgħodu.
  5. Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, il-ġbir tal-quddies kollu jmur għall-festa parrokkjali.
  6. Nitolbu għal ruħ Paul Barbara li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 21 ta’ April 2019 L-Għid il-Kbir


Avviżi

  1. Issa li ħriġna l-ktieb tat-talb tal-Via Lucis, mil-lejla se tibda tingħad il-Via Lucis fis-6 pm minflok ir-rużarju. Din se tibda tingħad matul is-Sibtijiet u l-Ħdud ta’ wara l-Għid sal-Pentecoste, filwaqt li  nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa issir wara l-quddiesa biex fis-6.00 pm jingħad xorta r-rużarju.
  2. Nhar it-Tnejn fil-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna magħna persuni bi bżonnijiet speċjali fejn wara se tingħatalhom figolla kull wieħed.
  3. Nhar it-Tnejn jibda t-tberik tal-Familji:. It-Tnejn filgħaxija: Triq Villambrosa. It-Tlieta filgħodu: Triq il-Kunċizzjoni, Triq Indri’ Cilia u Triq il-Ferrovija. It-Tlieta filgħaxija: Triq il-Franġiskani . L-Erbgħa filgħaxija: Triq Manwel Magri u Triq Ġuże’ Maria Camilleri. Il-Ħamis filgħodu: Triq Edgar Vella, Triq Vitale u Triq Pawlu Burlo’, Sqaq il-Għajn u Sqaq id–Duluri. Il-Ġimgħa filgħaxija: Triq Mons Depiro u Pjazza Kappillan Muscat.  It-Tberik filgħodu jibda fid-9.00 am u filgħaxija jibda fl-4.30 pm
  4. Nhar it-Tlieta ser issir adorazzjoni mmexxija mill-Grupp ta’ Talb San Franġisk fis-7.00 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni .
  5. Nhar l-Erbgħa, wara l-quddiesa tat-8.15 am, se ssir laqgħa tas-Social Club tal-anzjani.
  6. Nhar il-Hamis se jkun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  7. Nhar il-Ħamis se jiġi organizzat coffee morning b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
  8. Nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina.  Fil-5.30 pm tibda l-Adorazzjoni, fis-6.10 pm ikollna l-Għasar kantat. U wara quddiesa fis-6.30 pm.
  9. Nhar l-Erbgħa u nhar il-Ħamis ser isir bazaar fil-bitħa tal-iskola tas-Sorijiet tal-Eġittu, Triq Villambrosa. Il-qliegħ imur biex jgħinu il-missjonijiet tagħhom barra minn Malta.
  10. Id-dħul mill-Cake Sale għall-Puttinu Cares  li għamilna l-ġimgħa li għaddiet tammonta għal €2000  . Nirringrazzjaw lil dawk kollha li offrew il-cakes, taw id-donazzjonijiet u xtraw l-oġġetti li kienu għall-bejgh kif ukoll lil-helpers li taw l-għajnuna. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li ġabulna l-figolli li se nagħtu fil-quddiesa tat-Tnejn filgħaxija.

Il-Ħadd 14 t’April 2019 – Ħadd il-Palm

AVVIŻI

  1. llum, huwa Ħadd il-Palm. Nibdew fid-9.00 am,  fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, minn fejn imbagħad issir il-Purċissjoni sal-Knisja fejn fid-9.30 am ikollna il-quddiesa.       
  2. Nhar it-Tnejn, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bl-għasar, wara l-quddiesa, jkollna Laqgħa ta’ talb quddiem Ġesu’ Kurċifiss.
  3. Nhar it-Tlieta se jsir Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Rendentur organizzat mill-parroċċa ta’ San Gejtanu. Il-pellegrinaġġ jitlaq mill-Kappella tal-Museum tal-Blata l-Bajda fis.6.00 pm.
  4. Nhar l-Erbgħa, il-Via Sagra flok issir fil-knisja bħas-soltu ser issir fi Pjazza Oreste Chircop fis-5.45 pm. Kulħadd mistieden speċjalment ir-residenti ta’ l-inħawi. Fis-6.30 pm ikun hawn il-quddiesa bl-għasar. Illum ukoll fit-7.00 pm ta’ filgħaxija, se ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta.
  5. Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqa. Fis-6.30 p.m nagħtu bidu għat-Tridu qaddis tal-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata li fiha ssir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn. Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti tas-Salib u fl-10.00 p.m. ikollna siegħa mqaddsa bħala għeluq il-Jum.
  6. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira huwa obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li ghandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fl-10 am. fiċ-Ċentru Soċjali tal-irġiel, issir konferenza fuq il-Passjoni tal-Mulej. Il-knisja tiftaħ fis-2.15 pm u fit-3.00 p.m. tibda l-Azzjoni Liturġika tal-Jum. 
  7. Nhar is-Sibt, fit-8.00 p.m niċċelebraw il-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.
  8.  Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra  hemm kaxxa apposta sabiex naghtu l-kontribuzzjoni tagħna  b’risq dawk li huma fil-bżonn.
  9. Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla billi iġibuhom fl-uffiċċju Parrokkjali  jew fis-sagristija.
  10. Infakkrukom li fejn il-bieb ta’ barra, l-Parroċċa qed torganizza bejgħ ta’ kejkijiet u figolli b’risq il-fondazzjoni Puttinu cares fejn id-dhul kollu se jmur biex jgħin familji li għandhom tfal bil-marda tal-kanċer.
  11. Il-Parroċċa għadha kemm ippubblikat ktejjeb fuq it-talba tal-Via Lucis li għandna fil-Knisja. Ħdejn il-bibien tal-Knisja qed inbieghu dan il-ktejjeb fejn id-dhul se jmur għall-ispejjeż tas-saqaf u t-tibjid tal-knisja. Nissuġġerixxu li tieħdu din l-opportunita’ sabiex tirregalaw dan il-ktejjeb lit-tfal u neputijiet u nħeġġukom sabiex tgħidu din it-talba sabiha speċjalment mill-Għid il-Kbir sal-Pentekoste.