Il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2019 – Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Nhar it-Tlieta ser isir coffee morning . Nitilqu fit-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  2. Nhar l-Erbgħa se ssir l-ewwel  laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani.  Se nibdew bil-quddiesa tat-8.15 am wara niltaqgħu fis-Sala Dun Manwel.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Il-Kummissjoni Festa qed torganizza  ftira night u tombla nhar il-Ġimgħa fis-7.30 pm fis-sala parrokkjali. Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali jew librerija.
  5. Nhar il-Ħadd  li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am se ssir quddiesa bis-sehem tat-tfal bħala bidu tas-sena skolastika. Fil-quddiesa se jsir it-tberik tat-tfal u tal-basktijiet ta’ l-iskola. It-tfal u l-ġenituri huma mħeġġa li jattendu.
  6. Fl-okkażjoni ta’ egħluq il-25 sena mis-saċerdozju tiegħu, il-Kappillan se jqaddes quddiesa ta’ radd-il ħajr lil Alla nhar il-Ħadd li gej fis-6 pm. Għalhekk il-quddiesa mhux ser tkun fis-6.30 pm imma fis-6 pm.
  7. Il-Kunsill Lokali Ħamrun  se jkun qed jilqa’ r-reġistrazzjoni għat-tilqima tal-influwenza għall-persuni li ghalqu l-55 sena. Din tista’ ssir fl-uffiċċju tal-Kunsilll bejn it-8.30 am u nofsinhar sal-Ġimgha 28 ta’ Settembru.
  8. Il-moviment ta’ Kana qed jistieden operaturi pastorali li jaħdmu fil-qasam tal-familja għal-laqgħa li ser isir il-Ġimgħa li ġej.  Fl-Istitut Kattolika, fis-7 pm.
  9. Din il-ġimgħa ser tibda r-reġistrazzjonijiet tat-tfal tad-duttrina. Għall-bniet issir reġistrazzjoni fl-uffiċċju parrokkjali biss filwaqt li għas-subien trid issir reġistrazzjoni kemm fil-qasam tal-museum u kemm fl-uffiċċju parrokkjali.

Il-Ħadd 15 ta’ Settembru 2019 – L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  2. Il-Kummissjoni Festa qed torganizza  ftira night u tombla nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru fis-7.30 pm fis-sala parrokkjali.  Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali jew librerija.
  3.  Il-Kunsill Lokali Ħamrun  se jkun qed jilqa’ r-reġistrazzjoni għat-tilqima tal-influwenza għal persuni li għalqu l-55 sena. Din tista’ ssir fl-uffiċċju tal-Kunsilll bejn it-8.30 am u nofsinhar sal-Ġimgħa 28 ta’ Settembru.
  4. Nixtiequ navżaw li l-Ħadd 29 ta’ Settembru il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun fis-6.00 pm.
  5. Nitolbu għal ruħ Sister Giovanna Busuttil u Henry Attard li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  6. Navżaw li matul din il-ġimgħa l-quddiesa tas-6.15 am mhux se ssir.

Il-Ħadd 8 ta’ Settembru – Solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija

Avviżi

  1. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel, ser issir laqgħa minn koperatur tal-Museum. Kulħadd huwa mistieden għaliha.
  2. Nhar it-Tlieta filgħodu ser issir ħarġa għal Birżebbuġa.  Nitilqu fid-8.45 a.m. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30 p.m. ikun hawn l-Adorazzjoni immexxija mill-Grupp Ħniena Divina.
  4. Fl-okkażjoni ta’ Jum Dinji tal-Anzjani, il-Caritas  ser torganizza quddiesa nhar il-Ħamis, fl-10 a.m. fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta. Iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza trasport għal din l-okkażjoni . Nitilqu fid-9 a.m. Biljetti mingħand il-helpers
  5. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-kappella ta’ Sant’Anna iż-Żebbiegħ, l-Imġarr, fid-9.00 p.m.

Il-Ħadd 1 ta’ Settembru 2019 – It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgha tax-xahar ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar l-Erbgħa fis-7:00 pm jibdew ir-rehearsals tal-kor parrokkjali. Il-Kor, li jiltaqa’ kull nhar t’Erbgħa, jistieden kemm irġiel u kemm nisa biex jiffurmaw parti  mill–Kor Parrokkjali.
  3. Fl-okkażjoni ta’ Jum Dinji tal-Anzjani ser issir quddiesa nhar il-Ħamis, 12 ta’ Settembru, fl-10:00 a.m. fis-Santwarju Bażilika tal-Assunta, il-Mosta. Iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza trasport għal din l-okkażjoni . Nitilqu fid-9:00 am . Biljetti mingħand il-helpers.  
  4. Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed tiftaħ x-Xahar tal-Ħolqien b’quddiesa u taħdita fis-6.30 pm li se ssir f’Dawret ix-Xatt ġewwa x-Xgħajra nhar it-Tlieta 3 ta’ Settembru.  Kulħadd mistieden jattendi.
  5. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Tereza Gerada u Margerita Magri li mietu matul din il-ġimgħa .Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu 2019 – L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa se ssir ħarġa b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-ħelpers u tluq ikun fis-1.30 pm minn ħdejn il-Knisja.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali għall-Air Conditioners tal-Knisja.
  4. Nitolbu għal ruħ Alvin Farrugia li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 11 t’ Awwissu 2019 – Id-Dsagħtax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 pm., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel,  ikun hawn  il-laqgħa minn koperatur tal-Museum għal kulħadd.

2. Nhar it-Tlieta fis-1.30 pm ser issir ħarġa għal Birżebbuġa.  Biljetti mingħand helpers.

3. Nhar  il-Ħamis hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies bil-ħinijiet  bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.

4. Nhar Il-Ġimgħa jaħbat  is-56 sena minn mindu infetħet  il-knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa li mexxiha l-Isqof Emanuel Galea. Nirringrazzjaw lil Mulej tal-ġid kollu li sar f’din il-knisja.

5. Wasal Kliem –il Ħajja ta’ Settembru – Diċembru . Nitolbu lid-distributuri biex jiġu jiġbruhom mil-uffiċċju parrokkjali.

6. Nitolbu għal ruħ Emanuel Vasssallo li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2019 – Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm
  2. L-Eċċ. Tiegħu Mons. Joe Galea Curmi, Isqof Awżiljarju, qed jistieden lill-Missjunarji, Saċerdoti, Reliġjużi u lajċi li qegħdin jaħdmu għall-knisja ’l bogħod minn artna għal-laqgħa speċjali li ser issir apposta għalihom nhar  il-Ħamis 18 ta’ Lulju  f’ Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta,  fil-5.00 pm.  
  3. Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30 pm. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nitolbu għal ruħ Molly Attard li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2019 – It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

                                                                        Avvizi

  1. Illum: Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6.00 pm. rużarju meditat u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons. Dun Joe Bajada bis-sehem tan-nanniet u r-romol.
  2. Nhar it-Tnejn  hu Jum it-tfal u l-abbatini. Fis-6.00 pm it-tfal jiltaqgħu ħdejn il-Mużew tas-subien  minn fejn jagħmlu ċelebrazzjoni bis-sehem tal-Iscouts sal-Knisja. Fis-6.30 pm jkollna l-quddiesa mmexxija minn Dun Walter Cauchi kappillan tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu . Wara t-tfal jingħataw tifkira u ġelat.
  3. Nhar it-Tlieta: Jum l-Anzjani u l-morda. Fis-6 pm jingħad ir-rużarju u wara jmexxi l-quddiesa Fr James Borg, presbiteru tal-Mixja Neo katekumenali li se janimaw ukoll il-quddiesa.  Mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma. Wara jkun hemm bibita  quddiem il-knisja.
  4. Nhar l-Erbgħa hu Jum il-Komunità u l-Ewwel Jum tat-Tridu. Fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija mill-W. Rev. Gwardjan Patri Joseph Magro u animata mill-Grupp Gifra. Nistiednu b’mod speċjali lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu sehemhom b’xi mod fil-parroċċa, kif ukoll lill-membri tal-għaqdiet u movimenti. Wara l-quddiesa fil-jiem tat-tridu nagħlqu bil-Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Il-ġabra tal-quddies ta’ fil-għaxija tmur għal airconditioners.  Wara laqgħa soċjali flimkien quddiem il-knisja.
  5. Nhar il-Ħamis,: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU Jum il-Vokazzjonijiet.  6.00 pm. Rużarju meditat. Fis-6.30 p.m. quddiesa immexxija minn Mons. Dun Hector Scerri.
  6. Nhar il-Ħamis ukoll, fit-8.30 p.m. se jsir Kunċert Mużikali fil-Pjazza Kappillan Muscat. Din se jkun imtellgħa mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni. Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa.  Kulħadd huwa mistieden.
  7. Nhar il-Ġimgħa huwa Jum il-Familja fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa minn Patri Elmar Pace OFM (Cap) . Huma mistiedna dawk kollha li għandhom l-anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll dawk li kellhom tarbija matul din is-sena biex jippreżentawha lill-Madonna.
  8. Is-Sibt, Lejliet il-Festa. Fit-8.15am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.00 p.m. Translazzjoni bir-relikwija li se toħroġ mill-Katekumenju u tgħaddi minn Triq Pawlu Burlo , Triq id-Duluri, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq Kappillan Mifsud sal-knisja parrokkjali . Fis-6.30 p.m quddiesa bit-talba tal-Għasar. Imexxi l-Kappillan Dun Mario Mifsud.
  9. Il-Ħadd, Jum il-Festa. Inħeġġukom biex tattendu għall-quddiesa tal-Festa li tkun fit-8.30 a.m., immexxija mill-Kappillan Dun Mario Mifsud f’għeluq il-25 sena mis-saċerdozju tiegħu. Dak inhar, Il-quddiesa tad- 9.30 am ma ssirx. L-aħħar quddiesa tkun fil-11.00 am.
  10. Filgħaxija, l-quddiesa bil-għasar tibda fis-6.00 p.m.immexxija minn Dun Andrew Borg. Fis-7.00 p.m. toħroġ il-Purċissjoni, immexxija mill-Kappillan Dun Mario Mifsud  u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq Triq Vinċenzo Bugeja, Adelaide Cini, Lord Byron, Franġiskani, Mons De Piro u Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi ipparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bhala komunità.
  11. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.
  12. Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.
  13. Nhar it-Tlieta ser isir ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30 pm . Biljetti mingħand il-helpers.
  14. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li bagħtu l-envelopes bil-kontribuzzjoni għall-festa, infakkru lil dawk li għadhom ma bagħtuhomx sabiex iġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
  15. Infakkru li kulħadd jista’ jagħti donazzjoni għall-fjuri li tista’ tasal fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.
  16. Nhar it-Tlieta li ġejjin ser isir quddiesa fil-knisja ta’ San Pawl il-Belt fis-6.30 pm organizzata mill-Azzjoni Kattolika fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Mikiel tal-Qaddisin kollha, patrun tal-morda bil-Kanċer. Il-pubbliku hu mistieden għal din il-quddiesa biex nuru solidarjeta fit-talb ma’ dawk milquta b’din il-kondizzjoni.

Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2019 – Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej

Avvizi

  1. Illejla:  Fis-6.00 pm rużarju Fis-6.30pm  Quddiesa Solenni. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Vitale, Triq Dun Edgar, Triq id-Duluri, Triq Maitland, Triq il-Ferrovija, Triq Indri Cilia, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Triq Kappillan Mifsud.  Inħeġġu lil kulħadd biex tieħdu sehem fil-purċissjoni .
  2. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għan-Novena  bi preparazzjoni għall-Festa Titulari li se niċċelebraw fis-7 ta’ Lulju. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem ta’ dawk kollha li huma nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa kif ukoll Soċjetajiet Ċivili fil-Ħamrun.  Wara l-Quddiesa jkun hemm Adorazzjoni Ewkaristika b’intenzjoni għall-ġid spiritwali tal-festa.
  3. Nhar il-Ħamis ukoll, se jkollna l-Carcade madwar it-toroq tal-Parroċċa. Fis-7.30 pm  il-karrozzi jitilqu minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali fejn ikun hemm it-tberik tal-karozzi u tingħata tifkira.
  4. Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa tas-6.30 pm tkun b’suffraġju għall-parruċċani li mietu mill-Festa tas-sena l-oħra ’l hawn.
  5. Nhar is- Sibt sejrin nagħtu d-demm. Dawk kollha li għandhom bejn it-18 u s-67 sena u jixtiequ jiġu għandhom iġibu magħhom il-karta tal- identita. Nitilqu minn quddiem il-knisja fit-8.30 am.
  6. Is-Sibt, jkollna il-Ħruġ tal-Vara min-niċċa. Fis-5.45 pm. il-Kor Parrokkjali jesegwixxi għanjiet u jsir qari ta’ Poeziji fuq il-Madonna. Fis-6.30 pm. l-Istatwa tal-Madonna titqiegħed fil-post ta’ qima għall-ġranet tal-Festa. Għal din il-quddiesa qed jiġu mistiedna dawk il-parruċċani kollha li jisimhom għal Marija  Immakulata. Jingħata wkoll il-mandat lir-reffiegħa.
  7. Nhar il-Ħadd: Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6 pm. rużarju meditat u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons Dun Joe Bajada bis-sehem tan-nanniet u romol.
  8. Infakkrukom fid-donazzjonijiet għall-fjuri friski fi żmien il-festa sabiex iġġibuhom jew fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Ghal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.
  9. Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju se jsir BBQ fil-pjazza Kappillan Mifsud organizzata mil-Grupp Armar b’risq il-Festa.  Biljetti mingħand il-helpers.
  10. Infakkru li l-ġbir kollu li jsir is-Sibt u l-Ħadd li ġej imur għall-ispejjeż tal-festa. Nitlobkom tkunu ġenerużi.