Avviżi – Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2024

It-Tieni Ħadd ta’ l-Avvent 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. 1. Nhar l-Erbgħa li ġej se jkollna Adorazzjoni oħra imexxija mis-Sur Edward Spiteri u l-Kappillan. Din tibda’ fid-9.00 pm sal-10.00 pm. Ikun mument sabiħ ħafna, f’intimita’ ma’ Ġesu’.

  2. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.

  3. Matul il-ġranet ta’ l-avvent se jkun hemm qfief apposta biex niġbru ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn. Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna , flimkien mal-Grupp Armar u l-Parrocca nghataw permess mill-Ministeru biex iferrħu lil dawn it-tfal nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Nitolbukom tkunu ġenerużi.

  4. Nhar is-Sibt it-Tielet Ħadd tal-avvent fis-5.45 pm rużarju u fis-6.10 pm nitolbu bis-Salmi.

  5.  Is-Sibt ukoll il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun bis-sehem tat-tfal li fiha se nagħmlu il-mixegħla tad-dawl tal-Milied fil-Knisja. Nistieden it-tfal kollha biex jiġu biex nibdew issa nidħlu fl-ispirtu tal-Milied. Se jingħataw ukoll tifkira.

  6. Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’  ħelwa biex iferrħu t-tfal. Għalhekk fil-16 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom barra mill-Ħamrun. Fit -18 ta’ Diċembru jqassam ir-rigali fil-Ħamrun. Min jixtieq jista’ jġib ir-rigali fil-workshop ta’ wara l-Knisja bejn il-5 u t-12 ta’ Diċembru bejn il-6.00 pm – 7.30 pm u Sibtijiet u Ħdud filgħodu bejn id-9.30 am u 11.00 am . Nhar it-8 ta’ Diċembru ma jkunux miftuħin.

  7. Min jixtieq iġib xi Ponsjetta biex tintrama fil-Knisja nirringrazzjakom ħafna.

Tags: No tags

Comments are closed.