Avviżi – Il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2024

Is-Sitt Ħadd tal-Għid 

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik:

It-Tnejn: Triq Kanonku Bonniċi

It-Tlieta: Triq Ġuże’ Maria Camilleri, Triq Ġuże’ Pace, u Triq Gaetano Pace Forno

L-Erbgħa: Triq Schembri, Muscat Azzopardi u Triq Alexander

Il-Ħamis: Triq Danny Cremona u Triq Turu Lentini.

Infakkrukom li min irid ibierek iwaħħal l-bookmark li rċivejtu mal-bieb ta’ barra. Min joqgħod fi flat iwaħħal il-bookmark mal-bieb ta’ barra tal- blokka u jikteb in-numru tal-flat.

2.  Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorg Preca l-membri tal-museum qed jistiednu lil kulħadd għall-Quddiesa ta’ radd il-Ħajr lil Mulej Alla, li għoġbu jibgħat lil dan is-Saċerdot Qaddis li għamel ġid kbir lil Malta u għadu jagħmel anki llum bis-Soċjeta’ tal-Museum li hu waqqaf. Għalhekk niltaqgħu nhar it-Tnejn 6 ta’ Mejju fis-6.30 pm biex f’din il-Knisja tal-Kunċizzjoni nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Ser tiqassam tifkira ċkejkna ta’ l-okkażjoni.

3. Fuq in-notice boards hemm ukoll programm li ser isir matul din il-ġimgħa fil-Knisja tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża, l-Blata l-Bajda fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca.

4.  Illum il-Ħadd, fis-6.30 pm se jkun hemm quddiesa solenni mill-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ G’Mangia. Din se ssir fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima. Il-Knisja Parrokjali ta’ G’Mangia se titgħolla wkoll għal Santwarju tal-Madonna tar-Rużarju. Filwaqt li nawguraw lil komunita’ tal-Patrijiet Dumnikani, nitolbu biex tkompli tinxtered id-devozzjoni lejn Ommna Marija, permezz tat-talba tar-Rużarju.

5. Nirringrazzjaw lil Ommna Marija Immakulata għallmawra li għamilna ġewwa Lourdes. Kien mument ta’ emozzjoni kbira li niċċelebraw fil-post fejn il-Madonna rifset u fejn ikkonfermat li hija l-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI. Kellna ċelebrazzjonijiet sbieħ li bihom żgur tajna glorja lil Alla u lil Ommna Marija u għamilna isem għall-Parroċċa, għal raħalna u għal Pajjiżna. Jalla l-ferħ li ħassejna hemmhekk, jibqa’ jakkumpanja il-komunita’ tagħna. Ma nqasnix ukoll li nitolbu għalikom u għal familji tagħkom. Grazzi lill-Għaqda Mużikali tagħna u lil dawk kollha li għamlu l-arrangamenti biex din il-mawra tkun suċċess. Inwassal ukoll it-tislijiet tal-E.T. is-Sur Pierre Clive Agius l-Ambaxxatur Malti għal Franza li huwa wkoll mill-Parroċċa tagħna, u li ġentilment akkumpanjana tul il-mawra kollha.

6. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

7. Nhar il-Ħadd għall-quddiesa tad-9.30 am se jkollna magħna il-President u l-Kumitat tal-Ħamrun Spartans, flimkien ma wħud mill-players sabiex niċċelebraw flimkien l-10 rebħa tal-kampjonat. Dawn il-mumenti jkomplu jgħaqqduna u jagħmluna kburin bir-raħal tagħna.

Dak in-nhar niċċelebraw ukoll jum l-Omm u għalhekk se nitolbu l-Mulej ibierek in-nisa kollha, filwaqt li jdaħħal fis-saltna tiegħu lil dawk li ħallewna.

 

Tags: No tags

Comments are closed.