Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Settembru 2023

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw is-Solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix ġurnata tal-obbligu tal-quddies, inħeġġu lil kulħadd biex inqaddsu dan il-Jum bil-quddiesa. Il-ħinijiet ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa.
  3. Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru. Se jkollna it-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw, jgħidu lil kappillan jew fl-uffiċċju parrokkjali.
  4. Din il-gimgħa kellna aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari. Kellna donazzjoni ta’ $300, 1 ta’ €250, 3 ta’ €100, 1 ta’ €70, 5 ta’ €50, 3 ta’ €20, 2 ta’ €10.  Is-somma miġbura sa issa hija ta’ €6,855.  Prosit u grazzi mill-qalb.  Ftit ieħor u naslu!
  5. Nitolbu għar-ruħ Gina Mifsud u JosephScicluna li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta dejjem. 

AVVIŻ MILL-KAPPILLAN:

  1. Huwa dover tagħna bħala Kappillan u Saċerdoti, li nagħtu servizz lilkom, għeziez Parruċċani, mill-aħjar li nistgħu.  U ibqgħu ċerti li  kull wieħed minna, dan jagħmlu bi mpenn u bil-ferħ.  Izda dejjem irridu nżommu f’moħħna li ċ-ċirkostanzi u l-impenji mhux dejjem jagħtuna l-possibilita’ li nagħmlu kemm nixtiequ.

Iċ-ċirkostanzi fil-preżent huma dawn:

  1. Dun Ġużepp illum huwa raġel kbir u għalkemm għad għandu rieda qawwija li jservi lil Parroċċa, imma saħħtu mhix tippermettilu.  Għaldaqstant, filwaqt li kull meta jkun jixtieq u jista’, aħna nilqgħuh bil-ferħ fil-Parroċċa tagħna, imma ma tkunx ħaġa ġusta miegħu li nibqgħu ngħabbuh bl-obbligu li jiġi jqaddes minħabba s-sitwazzjoni ta’ saħħtu.
  2. Is-saċerdoti l-oħra li għandna fil-Parroċċa jagħmlu kull ma jistgħu biex joffru servizz mill-qalb u mill-aħjar.  Izda lkoll għandhom impenji oħra fid-Djoċesi, impenji fil-Kurja, Tribunal tal-Knisja, Tagħlim ġewwa l-Universita’ ta’ Malta u tant oħrajn.  Dan jillimita mħux ħazin il-ħin li jistgħu jinvestu fil-Parroċċa.  Minn qalbi ngħidilhom grazzi li dejjem għamlu kull ma setgħu u kienu ta’ bastun għalija.
  3. Jiena bħala Kappillan, għalkemm qiegħed full time fil-Parroċċa, imma għandi wkoll impenji li jridu jsiru: Uffiċċju Parrokkjali, counselling, tqarbin u qrar tal-morda, funerali (li mhumiex ftit) u sagramenti oħra, maintenance, involviment fil-Fondazzjoni RISe u fil-Mission Fund, Kummissjoni Eżorċisti eċċ.
  4. Fid-dawl ta’ dan kollu, aħna tkellimna u wasalna għal deċiżjoni li titnaqqas quddiesa waħda matul il-ġimgħa u waħda il-Ħadd.  

Għalhekk il-ħin tal-quddies sa mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru se jkun hekk:

Matul il-ġimgħa: 6.15 am, 7.15 am u 6.30 pm

Il-Ħadd u Festi: 6.30 am, 8.00 am, 9.30 am u 6.30 pm.

Il-Funerali se jibqgħu isiru f’quddiesa filgħodu apparti jew wara nofs in-nhar.

Naf li din id-deċiżjoni tista’ tolqot ħażin lil xi wħud, imma nitolbukom biex tifhmu li aħna nixtiequ nagħmlu dak kollu li hu possibli li nagħmlu għalikom u li dan mhux qed isir biex inkunu komdi aħna, imma għax iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk. Minn qalbi ngħidilkom grazzi u nwegħdkom li se nkomplu naħdmu kemm nifilħu għal ġid tal-komunita’ Parrokkjali tagħna.

 

Tags: No tags

Comments are closed.