Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Marzu 2024

It-Tielet Ħadd tar-Randan

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa. Nibdew 7:00 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  2. Nhar il-Ġimgħa, inkomplu bit-3 laqgħa tal-eżerċizzi. Fis-6:00 pm Via Crucis, 6:30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn membru ta’ MUSEUM u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Inħeġġeġ lil kulħadd biex tattendu għal dawn il-laqgħat sbieħ li jagħtuna kuraġġ fil-mixja tagħna wara l-Mulej.

  3. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu fl-4:14 pm se jkun hemm mixja minn bieb il-Belt sal-Knisja tal-Karmnu fejn issir adorazzjoni. Fis-6:30 pm imbagħad issir quddiesa. Din hija organizzata mill-Grupp tal-irgiel bil-parterċipazzjoni tal-Knejjes tal-Belt Valletta.

  4. Minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa se jkun hemm kors ta’ eżerċizzi fil-Knisja ta’ San Franġisk fis-6:30 pm.

  5. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu se terġa’ ssir żjara lir-Redentur tal-Isla. Dan minħabba li kien hemm ħafna ma laħqux post biex jiġu magħna. Għalhekk min jixtieq, tħallux għal aħħar. Fid-9:00 am se titlaq il-private minn quddiem il-Knisja. Fl-10:00 am ikun hemm quddiesa u wara ftit ħin ta’ adorazzjoni mis-superjur Joe Fenech. Min jixtieq jista’ jagħtina ismu fis-sagristija jew ikellem lil helpers.

  6. Biex tiċċelebra il-45 anniversarju mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni qed toffri ikla b’xejn lil persuni li joqgħodu weħidhom. Dan se jsir f’Jum l-Omm, Jum il-Missier u fil-Jum tal-festa titulari tagħna. Għalhekk min għandu xi qraba li jixtieq li f’dawn il-ġranet li semmejt, jirċievu d-dar ikla, jew dawk fostkom li jafu lil xi ħadd li jinsab waħdu/weħidha jew koppja anzjani, għandhom jiġbru formola mis-sagristija, jimliha u jġibha l-uffiċċju Parrokkjali. Dan hu mod sabiħ kif inferrħu lil dawk li jgħixu f’solitudni u wkoll biex iħossuhom parti mill-komunita’. Ta’ min ifaħħar din l-inizjattiva li ħadet l-Għaqda Mużikali tagħna.

  7.  Il-Ħadd 10 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Festa se torganizza Pasta Buffet fil-Euroclub Hotel. Aktar dettalji fin-notice board. Inħeġġiġkom biex nattendu, nieħdu gost u nkunu qed ngħinu l-Festa.

  8. Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid.

  9. Nitolbu għal ruħ Josephine Zerafa u Gejtu Caruana li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.