Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2019 Għid il-Ħamsin – Il-Pentekoste

Avvizi

  1. Nhar il-Ħadd li ġej se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-Parroċċa tagħna. Għalhekk nhar it-Tnejn fis-7pm se ssir laqgħa għall-ġenituri u tfal fis-sala Parrokkjali. Nhar il-Ħamis se jkun hawn il-qrar għat–tfal fil-5:00 pm fil-knisja parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn il-prova tal-Ewwel Tqarbina. Is-Sibt mill-5.30 pm sas 7:00 pm ikun hemm il-possibilta’ tal-qrar għall-ġenituri. Minħabba li l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina, li tkun fid-9.30 am, iddum xi ftit iżjed mis-soltu, il-quddiesa tal-ħdax ta’ nhar il-Ħadd toħroġ fil-11.15 am.
  2. Nhar it-Tnejn ukoll ikun hawn laqgħa mill-koperaturi tal-Museum fiċ-Ċentru ta’ l-irġiel fis-7:00 pm. Kulħadd huwa mistieden.
  3. Nhar il-Ħamis   ikun hawn l-Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp Ħniena Divina  wara l-quddiesa tas-6.30 pm fil-Knisja.
  4. Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentecoste nhar il-ġimgha fis-6.30 pm fit-teatru tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara  se jsir servizz Ekumeniku li għalih kulħadd huwa mistieden.
  5. Bħala Fundraising għall-Festa Parrokkjali se norganizzaw Pizza Night nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju fis-7.30 pm. Biljetti mingħand il-helpers.

Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2019 – Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Avviżi

  1. Matul din il-Ġimgħa, bħala tħejjija għall-Festa ta’ Għid il-Ħamsin, li se niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej, kuljum fil-quddies, se jkollna ħsibijiet fuq siltiet mill-Innu lill-Ispirtu s-Santu – Veni Creator.
  2. Nhar it-Tlieta se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7 pm fis-sala Dun Manwel.
  3. Nhar it-Tlieta se norganizzaw ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30 pm.
  4. Nhar l-Erbgħa bi preparazzjoni għall-Festa ta’ Għid il-Ħamsin ser issir adorazzjoni fil-kappella mill-Grupp San Franġisk fis-6.45 pm.
  5. Nhar il-Ħamis, iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa għall-Għawdex. Nitilqu fis-7 am .  Dettalji u biljetti mingħand il-helpers.
  6. Nhar il-Ġimgha hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Peress li hija festa pubblika ma jkunx hawn adorazzjoni. Għalhekk inħeġġukom li tattendu l-adorazzjoni li ser issir nhar l-Erbgħa fil-kappella.
  7. Nitolbu għar-ruħ Jane Borg, Hilda Borg u Kevin Sciberras li mietu matul dawn il-ġranet.  Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2019 – Is-Sitt Ħadd tal-Għid

AVVIŻI 

  1. Nhar it-Tlieta  huwa l–31 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja, għalhekk ser nfakkru dan l-anniversarju fil-quddiesa fis-6.30 pm.
  2. Nhar l-Erbgħa  għal ħabta tas-8.00 pm se nagħtu merħba u tislima  lix-Xbieha tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu fil-knisja tagħna li se titlaq permezz ta’ pellegrinaġġ li jibda mill-knisja tal-Franġiskani wara l-quddiesa tas-7.00 pm.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Nhar il-Ġimgħa bħala egħluq tax-xahar ta’ Mejju, ix-xahar dedikat lil Marija Verġni,  ser  ngħidu r-Rużarju fi triq il-Liċeo kantuniera ma’ Triq Roger Debattista mal-ħajt tal-Liceo fis-6.00 pm. Inħeġġu n-nies tal-inħawi jingħaqdu magħna.
  5. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se nagħmlu it-tieni Ġabra Speċjali b’risq il-Festa Parrokkjali.
  6. Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju se norganizzaw ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30pm. Biljetti mingħand il-helpers
  7. Nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju ċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa għall-Għawdex. Nitilqu fis-7am.  Dettalji u biljetti mingħand il-helpers.
  8. Din il-ġimgħa spiċċajna t-tberik tal-familji. Filwaqt li nirringrazzjaw lill-familji li laqgħuna ninfurmaw lil dawk li ma kienux preżenti li jekk jixtiequ jbierku, jistgħu jagħmlu appuntament ieħor magħna. Ninfurmaw li-d-donazzjonijiet waqt it-tberik ammontaw għal €4,938 . Nirringrazzjawkom.
  9. Nixtiequ ninformawkom li l-ġimgħa d-dieħla se nibdew ix-xogħol tal-istallazzjoni tal-Air Conditioners fil-knisja li, jekk kollox jimxi kif ippjanat, nibdew nużawhom lejn nofs Ġunju.

Il-Ħadd 19 ta’ Mejju 2019 – Il-Ħames Ħadd tal-Għid

AVVIŻI 

  1. Nhar it-Tnejn inkomplu t-tberik tal-Familji. It-Tberik jibda fl-4.30pm: It-Tnejn: Triq Alexander, Muscat Azzopardi, u Schembri. It-Tlieta: Triq Barth u Annunzjata , L-Erbgħa: Triq Santa Venera u Kunzar. Il-Ġimgħa: Triq Maitland.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddies tas-6.30 pm.
  3. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Salvu Demanuele u Philomena Pace li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.